Home / News / Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 14th April, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kontinwament iħabrek sabiex irawwem ambjent pożittiv u ta’ sapport fl-industrija Maltija tal-ktieb, jippreżenta l-interessi tal-kittieba u l-pubblikaturi, u jippromwovi l-imħabba għall-qari fil-forom varji tiegħu. Jisgħobbina minn qalbna dwar l-inċident fl-aħħar jiem fuq il-mezzi soċjali li fih kienet involuta waħda mill-impjegati tagħna. Nassiguraw lill-imsieħba tagħna, lil dawk li jsegwuna u lill-pubbliku li dil-kwistjoni ġiet indirizzata internament. L-impjegata inkwistjoni hija ddedikata fl-irwol li għandha fil-Kunsill. Il-KNK ħerqan li jaħdem mal-imsieħba fl-industrija sabiex jiżgura l-inklussività u l-ġustizzja fl-ambjent letterarju Malti. Napoloġizzaw bis-sinċerità kollha jekk kien hemm xi persuni mweġġgħin mill-komunità tal-kittieba jew il-pubbliku. Qed inqisu din bħala opportunità għal trawwim aħjar ta’ sapport u trasparenza minn issa ’l quddiem. Il-KNK kommess li jservi lil nies minn kull sfond u li jippromwovi ilħna diversi mill-komunità letterarja sabiex l-orizzonti kulturali tagħna jitjiebu. Għal li ġej, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed idaħħal korsijiet ta’ taħriġ għall-istaff sabiex tissaħħaħ l-imġiba professjonali u rispettuża fl-interazzjonijiet kollha tagħna, speċjalment dawk fid-dinja tal-online. Se nkunu qed nirrevedu l-politiki tagħna dwar il-midja soċjali biex xi ħaġa hekk ma tirrepetix ruħha. Napprezzaw is-suġġerimenti li rċevejna mill-komunità tal-kotba, u nħeġġu djalogu miftuħ mal-kittieba, pubblikaturi, edituri, tradutturi u illustraturi Maltin sabiex sitwazzjonijiet simili jkunu indirizzati aħjar u sabiex insaħħu l-ħidma tagħna ma’ ħaddieħor għat-titjib tal-ekosistema letterarja lokali. Nirringrazzjawkom talli fhimtuna u tas-sapport ma jaqtax. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More