Home / News / Żewġ impjegati ġodda mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Żewġ impjegati ġodda mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th August, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar l-ingaġġ ta’ żewġ impjegati ġodda fi ħdan it-tim tiegħu: Jasmine Bajada u Teodor Reljić. Jasmine Bajada se tkun qed tokkupa l-irwol ta’ manager, u fost l-oħrajn se tkun qed taħdem mal-bqija tat-tim fl-organizzazzjoni tal-avvenimenti, il-konkorsi, il-fondi, u l-inizjattivi ewlenin li l-KNK ikollu ta’ kull sena. Bajada studjat l-Ingliż u l-Malti fl-Università ta’ Malta u kisbet Maġisteru fil-letteratura u l-kritika Ingliża. Matul l-aħħar sentejn, ħadmet bħala riċerkatriċi u lettriċi fi ħdan l-istess università. L-esejs kritiċi u r-reċensjonijiet tagħha dehru f’diversi rivisti internazzjonali fosthom Fourth Genre u CounterText. Tikteb ukoll poeżiji bil-Malti u l-aħħar xogħol tagħha ġie ppubblikat f’Modern Poetry in Translation. Teodor Reljić se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ manager tal-marketing, u fost l-oħrajn se jkun qed jgħin lill-KNK fir-relazzjonijiet pubbliċi u jmexxi l-kampanji tal-marketing tad-diversi avvenimenti, konkorsi, fondi u inizjattivi tal-Kunsill. Reljić ħadem bħala ġurnalist freelance u kittieb tal-kontenut bejn l-2016 u l-2020, u wara serva bħala uffiċjal tal-komunikazzjoni fil-UNHCR Malta sa Awwissu 2023. Stabbilixxa ruħu bħala ġurnalist kulturali ewlieni wara li beda jaħdem mal-ġurnal MaltaToday, fejn serva wkoll bħala kritiku tal-films. Huwa wkoll l-awtur ta’ rumanz, u serje ta’ komiks, kif ukoll kiteb l-iskript ta’ films u films qosra f’Malta. Il-KNK ħerqan biex jibda jaħdem ma’ dawn iż-żewġ impjegati ġodda, li issa huma parti minn tim li kulma jmur qed jikber sabiex joffri servizz aħjar lill-imsieħba fl-industrija tal-pubblikazzjoni. SHARE POST Related Articles Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More view all similar news
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More