Home / News / Jum Dinji tal-Ktieb 2016 Back to News Jum Dinji tal-Ktieb 2016 Inizjattivi • Other 23rd April, 2016 Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza flimkien mal-Iskola Sekondarja San Mikiel (Santa Venera), żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat bejn studenti u l-kittieba Leanne Ellul u Walid Nabhan. Nabhan u Ellul tkellmu fuq il-vjaġġ letterarju tagħhom u ħeġġew l-istudenti biex jaqraw u jħobbu il-kotba. Il-KNK ikkollabora ukoll ma’ Malta Libraries, Malta Libraries Council u għadd ta’ entitajiet oħra biex illum ser jittella programm ta’ attivitajiet varji f’għadd ta’ libreriji madwar Malta u Għawdex f’Libraries Day. It-tema magħżula għal din is-sena hija ‘Harnessing I.T. to Enhance the Library Experience’ u appuntu fil-Librerija Pubblika Ċentrali, għal din l-okkażjoni, ser jiġi varat uffiċċjalment il-Malta Libraries portal u s-Servizz tal-eBooks. Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għaddej bix-xogħol intensiv tas-soltu u ta’ matul s-sena, imma fl-istess ħin nixtiequ nieħdu l-opportunità li nħabbru li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena ser jiġi organizzat f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta mid-9 sat-13 ta’ Novembru. Għal din is-sena, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jiġi organzizat bi programm kbir ta’ attivitajiet u b’mistiedna barranin. Dawk il-pubblikaturi, ħwienet tal-kotba u distributuri li jixtiequ jesebixxu fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandhom jidħlu fis-sit tagħna www.ktieb.org.mt u minn hemm iniżżlu l-applikazzjoni. Sadanitant, ma nistgħux nonqsu milli nħeġġu lil kullħadd biex jaqra, jixtri u jissellef aktar kotba! SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More