Home / News / Malta fil-Festival New Literature from Europe NY Back to News Malta fil-Festival New Literature from Europe NY Inizjattivi • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 20th December, 2016 Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe fi New York. Il-Festival huwa huwa wieħed mill-aktar Festivals rispettati ġewwa New York fil-qasam tat-traduzzjoni u jilqa’ bosta kittieba rispettati minn madwar l-Ewropa. Matul il-Festival, Immanuel Mifsud ipparteċipa fi tliet avvenimenti. Il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru Dr. Mifsud kien parti minn panel li tratta t-tema “Poetry in Motion” ġewwa Poet’s House u wara ffirma kopji tal-kotba tiegħu. Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, huwa ddiskuta xogħolu wara li qara’ silta minn novella tiegħu f’panel ma’ 3 awturi oħra fosthom ir-rebbieħa tal-PEN award Deborah Eisenberg. It-tema ta dan l-avveniment kienet “Art of the Short Story”. Mifsud kien parti wkoll mill-aħħar avevniment li bih għalaq il-Festival —”The Mother Tongue: A European Reading”. Għal dan l-aħħar avveniment, Immanuel Mifsud qara’ silta mill-ktieb tiegħu “Jutta Heim” bil-Malti waqt li ġiet proġettata t-traduzzjoni tal-istess silta bl-Ingliż. Qabel il-qari, l-mistieden speċjali u kittieb ta’ fama mondjali Salman Rushdie, tkellem dwar l-importanza tal-letteratura tradotta. Mifsud kien ukoll intervistat għall-“Words without borders”, mill-poeta u kritiku letterarju Nathalie Handal li kienet ukoll moderatur waqt id-diskussjonijiet tal-panel “Poetry in Motion”. L-intervista tista’ tinqara minn hawn: https://www.wordswithoutborders.org/dispatches/article/the-city-and-the-writer-inpaola-malta-with-immanuel-mifsud-nathalie-handal SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More