Home / News / Malta fil-Festival New Literature from Europe NY back to news Malta fil-Festival New Literature from Europe NY Inizjattivi • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 20th December, 2016 Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe fi New York. Il-Festival huwa huwa wieħed mill-aktar Festivals rispettati ġewwa New York fil-qasam tat-traduzzjoni u jilqa’ bosta kittieba rispettati minn madwar l-Ewropa. Matul il-Festival, Immanuel Mifsud ipparteċipa fi tliet avvenimenti. Il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru Dr. Mifsud kien parti minn panel li tratta t-tema “Poetry in Motion” ġewwa Poet’s House u wara ffirma kopji tal-kotba tiegħu. Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, huwa ddiskuta xogħolu wara li qara’ silta minn novella tiegħu f’panel ma’ 3 awturi oħra fosthom ir-rebbieħa tal-PEN award Deborah Eisenberg. It-tema ta dan l-avveniment kienet “Art of the Short Story”. Mifsud kien parti wkoll mill-aħħar avevniment li bih għalaq il-Festival —”The Mother Tongue: A European Reading”. Għal dan l-aħħar avveniment, Immanuel Mifsud qara’ silta mill-ktieb tiegħu “Jutta Heim” bil-Malti waqt li ġiet proġettata t-traduzzjoni tal-istess silta bl-Ingliż. Qabel il-qari, l-mistieden speċjali u kittieb ta’ fama mondjali Salman Rushdie, tkellem dwar l-importanza tal-letteratura tradotta. Mifsud kien ukoll intervistat għall-“Words without borders”, mill-poeta u kritiku letterarju Nathalie Handal li kienet ukoll moderatur waqt id-diskussjonijiet tal-panel “Poetry in Motion”. L-intervista tista’ tinqara minn hawn: https://www.wordswithoutborders.org/dispatches/article/the-city-and-the-writer-inpaola-malta-with-immanuel-mifsud-nathalie-handal SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More