Home / News / Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum Back to News Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 5th April, 2017 Il-bieraħ 4 ta’ April il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ it-tinda fl-10 ta’ filgħodu biex jilqa’ tfal tal-primarja għall-preżentazzjoni ta’ ‘Il-Ġgant id-Dħuli’ ta’ Gladys Masters, maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, pubblikazzjoni Faraxa. It-tfal kienu mħeġġa jaqraw siltiet mill-ktieb lil xulxin, ħaġa li ħadu ħafna gost jagħmlu. Fil-fatt xi uħud mit-tfal tant kienu nvoluti fl-attività li saħansitra bdew jagħtu espressjoni għall-kliem b’ġesti ta’ biża, ferħ, rabbja. Din hija ukoll waħda mill-għanijiet tal-Festival – li jagħti lok għall-preżentazzjoni tal-ktieb fid-dawl tar-relazzjoni li tinbena bejn il-ktieb u l-qarrej. Fil-11:00 Teodor Reljic iltaqa’ ma’ studenti għal taħdita fuq l-arti tar-rakkuntar u fuq l-esperjenza tiegħu bħala kittieb. Sostna li hu tgħallem din l-arti waqt li kiteb iż-żewġ proġetti tiegħu, ‘Two’ u ‘Mibdul’. Il-programm kompla b’iktar diskussjonijiet fuq il-kitba. Fl-12:00 Caroline Smailes, il-mistiedna speċjali tal-Festival, fetħet diskussjoni fuq l-importanza tad-djalogu u l-post fil-letteratura. L-attività kellha udjenza mħallta ta’ kittieba lokali u studenti universitarji b’interess fil-kitba u l-letteratura. Attività li bla dubbju laqtet ħafna lill-udjenza kienet diskussjoni fuq il-Malti u l-barranin, imħejja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Tliet kelliema, fosthom persuna ta’ oriġini Russa, tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom bħala studenti tal-ilsien Malti. It-taħdita misset ħafna temi relatati mal-ilsien Malti, fosthom il-domanda ta’ kemm hu verament diffiċli l-Malti, ir-reazzjoni tan-nies għall-aċċent barrani, u problemi li bħala kelliema barranin tal-Malti jafu jaħbtu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Ta’ interess ukoll kienet is-sessjoni ta’ qari għall-anzjani li ġiet imħejja mill-Għaqda tal-Malti flimkien ma’ Malta Libraries u San Vinċenż de Paul. Il-Festival għalaq fit-tard b’żewġ attivitajiet li ġabru għadd kbir ta’ nies bħala udjenza: it-tnedija ta’ ‘Who looks at the sun anymore’ ta’ Prof. Kenneth Wain, pubblikazzjoni Horizons, u kunċert mill-grupp lokali Marmalja. Marmalja kellhom sorpriża ħelwa meta ħafna mill-membri tal-udjenza tat-tnedija ta’ ‘Who looks at the sun anymore’ baqgħu għal kunċert u b’hekk kellhom udjenza mħallta ħafna ta’ tfal, żgħażagħ u adulti. Marmalja min-naħa tagħhom involvew lill-udjenza kollha u laqtu lil kulħadd bil-lirika onesta u mirquma tagħhom. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More