Home / News / Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum Back to News Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 5th April, 2017 Il-bieraħ 4 ta’ April il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fetaħ it-tinda fl-10 ta’ filgħodu biex jilqa’ tfal tal-primarja għall-preżentazzjoni ta’ ‘Il-Ġgant id-Dħuli’ ta’ Gladys Masters, maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina, pubblikazzjoni Faraxa. It-tfal kienu mħeġġa jaqraw siltiet mill-ktieb lil xulxin, ħaġa li ħadu ħafna gost jagħmlu. Fil-fatt xi uħud mit-tfal tant kienu nvoluti fl-attività li saħansitra bdew jagħtu espressjoni għall-kliem b’ġesti ta’ biża, ferħ, rabbja. Din hija ukoll waħda mill-għanijiet tal-Festival – li jagħti lok għall-preżentazzjoni tal-ktieb fid-dawl tar-relazzjoni li tinbena bejn il-ktieb u l-qarrej. Fil-11:00 Teodor Reljic iltaqa’ ma’ studenti għal taħdita fuq l-arti tar-rakkuntar u fuq l-esperjenza tiegħu bħala kittieb. Sostna li hu tgħallem din l-arti waqt li kiteb iż-żewġ proġetti tiegħu, ‘Two’ u ‘Mibdul’. Il-programm kompla b’iktar diskussjonijiet fuq il-kitba. Fl-12:00 Caroline Smailes, il-mistiedna speċjali tal-Festival, fetħet diskussjoni fuq l-importanza tad-djalogu u l-post fil-letteratura. L-attività kellha udjenza mħallta ta’ kittieba lokali u studenti universitarji b’interess fil-kitba u l-letteratura. Attività li bla dubbju laqtet ħafna lill-udjenza kienet diskussjoni fuq il-Malti u l-barranin, imħejja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Tliet kelliema, fosthom persuna ta’ oriġini Russa, tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom bħala studenti tal-ilsien Malti. It-taħdita misset ħafna temi relatati mal-ilsien Malti, fosthom il-domanda ta’ kemm hu verament diffiċli l-Malti, ir-reazzjoni tan-nies għall-aċċent barrani, u problemi li bħala kelliema barranin tal-Malti jafu jaħbtu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Ta’ interess ukoll kienet is-sessjoni ta’ qari għall-anzjani li ġiet imħejja mill-Għaqda tal-Malti flimkien ma’ Malta Libraries u San Vinċenż de Paul. Il-Festival għalaq fit-tard b’żewġ attivitajiet li ġabru għadd kbir ta’ nies bħala udjenza: it-tnedija ta’ ‘Who looks at the sun anymore’ ta’ Prof. Kenneth Wain, pubblikazzjoni Horizons, u kunċert mill-grupp lokali Marmalja. Marmalja kellhom sorpriża ħelwa meta ħafna mill-membri tal-udjenza tat-tnedija ta’ ‘Who looks at the sun anymore’ baqgħu għal kunċert u b’hekk kellhom udjenza mħallta ħafna ta’ tfal, żgħażagħ u adulti. Marmalja min-naħa tagħhom involvew lill-udjenza kollha u laqtu lil kulħadd bil-lirika onesta u mirquma tagħhom. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More