Home / News / Iktar Donazzjonijiet ta’ Kotba! Back to News Iktar Donazzjonijiet ta’ Kotba! Other 28th April, 2017 Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għall-Jum Dinji tal-Ktieb 2017 u l-Jum il-Libreriji 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa sehem f’żewġ attivitajiet din il-ġimgħa – Festa ta’ Litteriżmu għat-tfal tal-iskola St Nicholas College Primary (Dingli), ko-organizzat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fis-27 ta’ April u donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba ta’ valur letterarju u edukattiv għoli ħafna lil Malta Libraries fit-28 ta’ April. Id-deputat kap tal-kunsill Charles Calleja, flimkien mas-segretarju ġenerali, is-Sur Joe Debattista, ippreżentaw id-donazzjoni lid-deputat librar, is-Sinjura Margaret Zammit, li aċċettat id-donazzjoni f’isem Malta Libraries. Id-donazzjoni kienet ta’ għadd tajjeb ta’ kotba, li ħafna minnhom kienu jew rebbieħa jew fost il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f’dawn l-aħħar snin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħaddan it-twemmin li użu aktar infurmat u aktar ta’ spiss ta’ ħwienet tal-kotba lokali u libreriji pubbliċi minn membri tal-pubbliku jibbenefikaw is-soċjetà f’ħafna modi. Madankollu, sabiex jiżdiedu ż-żjarat fil-libreriji u l-ħwienet tal-kotba huwa importanti li dawn dejjem jinżammu mimlija b’kotba ta’ kwalità għolja u materjal interessanti. B’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ xogħlijiet lokali ta’ letteratura u ta’ riċerka għandha sservi ta’ inċentiv qawwi kemm għall-qarrejja kif ukoll għall-awturi għaliex din tiġġenera sens u spirtu ta’ kreattività fost il-komunitajiet lokali. L-NBC jirringrazzja l-organizzazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq u Malta Libraries għall-ko-operazzjoni tagħhom f’dawn il-proġetti ta’ valur kulturali għoli ħafna. SHARE POST Related Articles Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More view all similar news
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More