Home / News / Iktar Donazzjonijiet ta’ Kotba! Back to News Iktar Donazzjonijiet ta’ Kotba! Other 28th April, 2017 Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għall-Jum Dinji tal-Ktieb 2017 u l-Jum il-Libreriji 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa sehem f’żewġ attivitajiet din il-ġimgħa – Festa ta’ Litteriżmu għat-tfal tal-iskola St Nicholas College Primary (Dingli), ko-organizzat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fis-27 ta’ April u donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba ta’ valur letterarju u edukattiv għoli ħafna lil Malta Libraries fit-28 ta’ April. Id-deputat kap tal-kunsill Charles Calleja, flimkien mas-segretarju ġenerali, is-Sur Joe Debattista, ippreżentaw id-donazzjoni lid-deputat librar, is-Sinjura Margaret Zammit, li aċċettat id-donazzjoni f’isem Malta Libraries. Id-donazzjoni kienet ta’ għadd tajjeb ta’ kotba, li ħafna minnhom kienu jew rebbieħa jew fost il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f’dawn l-aħħar snin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħaddan it-twemmin li użu aktar infurmat u aktar ta’ spiss ta’ ħwienet tal-kotba lokali u libreriji pubbliċi minn membri tal-pubbliku jibbenefikaw is-soċjetà f’ħafna modi. Madankollu, sabiex jiżdiedu ż-żjarat fil-libreriji u l-ħwienet tal-kotba huwa importanti li dawn dejjem jinżammu mimlija b’kotba ta’ kwalità għolja u materjal interessanti. B’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ xogħlijiet lokali ta’ letteratura u ta’ riċerka għandha sservi ta’ inċentiv qawwi kemm għall-qarrejja kif ukoll għall-awturi għaliex din tiġġenera sens u spirtu ta’ kreattività fost il-komunitajiet lokali. L-NBC jirringrazzja l-organizzazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq u Malta Libraries għall-ko-operazzjoni tagħhom f’dawn il-proġetti ta’ valur kulturali għoli ħafna. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More