Home / News / Rigal tal-Milied mill-KNK: Il-Manwal tal-Awtur Back to News Rigal tal-Milied mill-KNK: Il-Manwal tal-Awtur Other • Pubblikazzjonijiet 25th December, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed jagħti r-Rigal tal-Milied tiegħu, fejn din is-sena huwa rigal intiż speċifikament għall-awturi b’manwal tekniku dwar id-drittijiet tal-awtur u l-industrija tal-kotba. L-għan ta’ dan il-manwal huwa primarjament sabiex jeduka lill-awturi dwar id-drittijiet tagħhom u s-suq tal-kotba billi juża prattiki komuni Ewropej bħala l-punt ta’ riferiment filwaqt li fl-istess ħin jagħmel referenzi għal eżempju mis-suq lokali tagħna. Issir referenza wkoll għal-liġi lokali dwar id-drittijiet tal-awtur li hija direttament sinkronizzata mal-leġiżlazzjoni attwali Ewropea dwar id-drittijiet tal-awtur. Dan il-manwal mhuwiex intenzjonat sabiex iservi bħala l-gwida deskrittiv definittiv dwar is-sitwazzjoni tas-suq lokali għaliex xi wħud mill-aspetti kummerċjali deskritti fih huma meħuda mill-kuntest Ewropew. Is-suq tal-kotba ta’ Malta huwa limitat fejn jidħol daqs, imma f’ambjent li qed jinbidel u li qed isir aktar internazzjonali permezz tat-traduzzjoni, qed jiġu introdotti kunċetti u miżuri ġodda. Minħabba li l-pubblikaturi f’Malta huma relattivament żgħar fid-daqs, u li prattikament kulħadd jaf lil kulħadd fis-suq tal-kotba, ir-relazzjoni tagħhom mal-awturi minn dejjem kienet ibbażata fuq kunsens reċiproku, imma dan ma jfissirx li l-pubblikaturi jista’ jkollhom nuqqas ta’ standards professjonali, speċjalment fejn jidħlu kuntratti. L-istandards professjonali għandhom ikunu dejjem hemm għall-fini tal-aqwa prattiku u għal ambjent tas-suq f’saħħtu u sigur. Għarfien dwar l-istandards professjonali u kunċetti legali bażiċi se jgħinu biex dawn ir-relazzjonijiet u l-kwalità tal-prodott jitjiebu. Jalla dan il-gwida jgħin lill-awturi sabiex dejjem aktar jifhmu d-drittijiet tagħhom, l-isfidi u r-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom f’ambjent dinamiku tas-suq. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More