Home / News / Rigal tal-Milied mill-KNK: Il-Manwal tal-Awtur Back to News Rigal tal-Milied mill-KNK: Il-Manwal tal-Awtur Other • Pubblikazzjonijiet 25th December, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed jagħti r-Rigal tal-Milied tiegħu, fejn din is-sena huwa rigal intiż speċifikament għall-awturi b’manwal tekniku dwar id-drittijiet tal-awtur u l-industrija tal-kotba. L-għan ta’ dan il-manwal huwa primarjament sabiex jeduka lill-awturi dwar id-drittijiet tagħhom u s-suq tal-kotba billi juża prattiki komuni Ewropej bħala l-punt ta’ riferiment filwaqt li fl-istess ħin jagħmel referenzi għal eżempju mis-suq lokali tagħna. Issir referenza wkoll għal-liġi lokali dwar id-drittijiet tal-awtur li hija direttament sinkronizzata mal-leġiżlazzjoni attwali Ewropea dwar id-drittijiet tal-awtur. Dan il-manwal mhuwiex intenzjonat sabiex iservi bħala l-gwida deskrittiv definittiv dwar is-sitwazzjoni tas-suq lokali għaliex xi wħud mill-aspetti kummerċjali deskritti fih huma meħuda mill-kuntest Ewropew. Is-suq tal-kotba ta’ Malta huwa limitat fejn jidħol daqs, imma f’ambjent li qed jinbidel u li qed isir aktar internazzjonali permezz tat-traduzzjoni, qed jiġu introdotti kunċetti u miżuri ġodda. Minħabba li l-pubblikaturi f’Malta huma relattivament żgħar fid-daqs, u li prattikament kulħadd jaf lil kulħadd fis-suq tal-kotba, ir-relazzjoni tagħhom mal-awturi minn dejjem kienet ibbażata fuq kunsens reċiproku, imma dan ma jfissirx li l-pubblikaturi jista’ jkollhom nuqqas ta’ standards professjonali, speċjalment fejn jidħlu kuntratti. L-istandards professjonali għandhom ikunu dejjem hemm għall-fini tal-aqwa prattiku u għal ambjent tas-suq f’saħħtu u sigur. Għarfien dwar l-istandards professjonali u kunċetti legali bażiċi se jgħinu biex dawn ir-relazzjonijiet u l-kwalità tal-prodott jitjiebu. Jalla dan il-gwida jgħin lill-awturi sabiex dejjem aktar jifhmu d-drittijiet tagħhom, l-isfidi u r-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom f’ambjent dinamiku tas-suq. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More