Home / News / Dati importanti għas-sena 2018 Back to News Dati importanti għas-sena 2018 Other 12th January, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-Kunsill għas-sena 2017. Bħas-soltu ġie mħejji programm sħiħ ta’ attivitajiet li jinkludi kemm attivitajiet kbar kif ukoll oħrajn iżgħar – festivals tal-ktieb, donazzjonijiet ta’ kotba u parteċipazzjoni f’fieri tal-kotba barra minn Malta, kif ukoll il-bidu ta’ numru ta’ proġetti ġodda. Bejn s-7 u d-9 ta’ Marzu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser itellgħu il-ħames edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Bħas-soltu ser jieħdu sehem għadd ta’ pubblikaturi u distributuri Maltin bil-bejgħ tal-aħħar kotba u pubblikazzjonijiet tagħhom. Ser jitħejja ukoll programm ta’ attivitajiet li jinkludu mużika, films, dibattiti u qari. Żommu f’moħħkom dawn id-dati u ejjew iltaqgħu magħna fuq il-Kampus għal tliet ijiem ta’ kultura u divertiment. L-ikbar attività tas-sena għalina ser iseħħ, bħal dejjem, fl-ewwel ħmistax tax-xahar ta’ Novembru. Fit-7 ta’ Novembru l-MCC (Mediterranean Conference Centre) ser jiftaħ il-bibien għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-ikbar ċelebrazzjoni tal-kultura tal-ktieb fil-pajjiż. Il-Festival jispiċċa fil-11 ta’ Novembru. Barra minn hekk, se nkunu qed nipparteċipaw f’fieri tal-kotba f’pajjiżi barranin, l-iktar importanti fil-Fiera tal-Ktieb ta‘ Londra, li se tkun għaddejja mid-9 sat-12 ta’ April 2018. Se jsiru avvenimenti oħra bħal festivals iżgħar u donazzjonijiet ta’ kotba fix-xhur li ġejjin u l-membri tal-pubbliku jkunu infurmati minn qabel. Żommu dawn id-dati f’moħħkom u segwu l-paġna tagħna fuq FB jew is-sit sabiex tibqgħu aġġornati. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More