Home / News / Dati importanti għas-sena 2018 back to news Dati importanti għas-sena 2018 Other 12th January, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-Kunsill għas-sena 2017. Bħas-soltu ġie mħejji programm sħiħ ta’ attivitajiet li jinkludi kemm attivitajiet kbar kif ukoll oħrajn iżgħar – festivals tal-ktieb, donazzjonijiet ta’ kotba u parteċipazzjoni f’fieri tal-kotba barra minn Malta, kif ukoll il-bidu ta’ numru ta’ proġetti ġodda. Bejn s-7 u d-9 ta’ Marzu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser itellgħu il-ħames edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Bħas-soltu ser jieħdu sehem għadd ta’ pubblikaturi u distributuri Maltin bil-bejgħ tal-aħħar kotba u pubblikazzjonijiet tagħhom. Ser jitħejja ukoll programm ta’ attivitajiet li jinkludu mużika, films, dibattiti u qari. Żommu f’moħħkom dawn id-dati u ejjew iltaqgħu magħna fuq il-Kampus għal tliet ijiem ta’ kultura u divertiment. L-ikbar attività tas-sena għalina ser iseħħ, bħal dejjem, fl-ewwel ħmistax tax-xahar ta’ Novembru. Fit-7 ta’ Novembru l-MCC (Mediterranean Conference Centre) ser jiftaħ il-bibien għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-ikbar ċelebrazzjoni tal-kultura tal-ktieb fil-pajjiż. Il-Festival jispiċċa fil-11 ta’ Novembru. Barra minn hekk, se nkunu qed nipparteċipaw f’fieri tal-kotba f’pajjiżi barranin, l-iktar importanti fil-Fiera tal-Ktieb ta‘ Londra, li se tkun għaddejja mid-9 sat-12 ta’ April 2018. Se jsiru avvenimenti oħra bħal festivals iżgħar u donazzjonijiet ta’ kotba fix-xhur li ġejjin u l-membri tal-pubbliku jkunu infurmati minn qabel. Żommu dawn id-dati f’moħħkom u segwu l-paġna tagħna fuq FB jew is-sit sabiex tibqgħu aġġornati. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More