Home / News / Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua Back to News Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua Festivals • Inizjattivi • Other 13th April, 2018 Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, proġett kollaborattiv ġdid mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, huwa festival ta’ ġurnata li se jsir fid-29 ta’ April fix-Xatt ta’ Bormla u se jkun iddedikat lit-tfal u l-kotba tat-tfal. Ħames pubblikaturi se jesibixxu l-kotba tagħhom u programm kulturali b’attivitajiet ta’ qari, laqgħat ma’ awturi u attivitajiet divertenti ġie mħejji għall-okażjoni. Il-Festival se jiftaħ fid-9: 45 ta’ filgħodu fil-preżenza tas-sindku ta’ Cospicua, is-Sinjura Alison Zerafa, u l-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. Fost l-attivitajiet imħejjija għal din il-ġurnata, se jkun hemm sessjonijiet ta’ qari mal-awturi Clare Azzopardi u John A. Bonello. Ġew ippreparati attivitajiet oħra ta’ qari u ta’ interess letterarju b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu. Il-programm sħiħ jista’ jinstab hawn taħt. Il-pubblikaturi li se jipparteċipaw fil-festival huma: FARAXA, MERLIN PUBLISHERS, WISE OWL, MILLER u MIDSEA BOOKS. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Cospicua għall-kollaborazzjoni tagħhom, l-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu għall-organizazzjoni tal-attivitajiet ta’ qari “Aqra Miegħi” u l-pubblikaturi li qed jipparteċipaw fl-avveniment. Il-KNK jirringrazzja wkoll lil Henry Abela għall-għajnuna tiegħu bl-editjar diġitali tal-artwork. 9:45 Ftuħ uffiċjali 10:30 Rakkonti: John A. Bonello John A. Bonello se jkun qed jaqra siltiet mill-kitba tiegħu lit-tfal u jinvolvihom fil-proċess tar-rakkont billi jistedinhom jaqtgħu x’se jiġri. (etajiet 7-12) 11:00 Attività ta’ qari – Aqra Miegħi Attività ta’ qari għat-tfal imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (minn 5-6 snin) 11:30 Rakkonti: Clare Azzopardi Clare Azzopardi se jkun qed jaqra siltiet mill-ktieb tagħha Il-Qtates ta’ max-Xatt (etajiet 4-5) 12:00 Attività ta’ qari – Aqra Miegħi Attività ta’ qari għat-tfal imwaqqfa b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (minn 5-6 snin) 14:00 Iltaqa’ mal-awtur – Kirsten Spiteri Kirsten Spiteri, l-awtur ta’ The Wave u Far From Home, se jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu bħala awtur emerġenti u se jkun ukoll qed jaqra siltiet miż-żewġ rumanzi tiegħu. L-attività hija mtella’ minn Faraxa. 19:00 Tmiem tal-Festival SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More