Home / News / Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua back to news Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua Festivals • Inizjattivi • Other 13th April, 2018 Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, proġett kollaborattiv ġdid mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, huwa festival ta’ ġurnata li se jsir fid-29 ta’ April fix-Xatt ta’ Bormla u se jkun iddedikat lit-tfal u l-kotba tat-tfal. Ħames pubblikaturi se jesibixxu l-kotba tagħhom u programm kulturali b’attivitajiet ta’ qari, laqgħat ma’ awturi u attivitajiet divertenti ġie mħejji għall-okażjoni. Il-Festival se jiftaħ fid-9: 45 ta’ filgħodu fil-preżenza tas-sindku ta’ Cospicua, is-Sinjura Alison Zerafa, u l-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. Fost l-attivitajiet imħejjija għal din il-ġurnata, se jkun hemm sessjonijiet ta’ qari mal-awturi Clare Azzopardi u John A. Bonello. Ġew ippreparati attivitajiet oħra ta’ qari u ta’ interess letterarju b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu. Il-programm sħiħ jista’ jinstab hawn taħt. Il-pubblikaturi li se jipparteċipaw fil-festival huma: FARAXA, MERLIN PUBLISHERS, WISE OWL, MILLER u MIDSEA BOOKS. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Cospicua għall-kollaborazzjoni tagħhom, l-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu għall-organizazzjoni tal-attivitajiet ta’ qari “Aqra Miegħi” u l-pubblikaturi li qed jipparteċipaw fl-avveniment. Il-KNK jirringrazzja wkoll lil Henry Abela għall-għajnuna tiegħu bl-editjar diġitali tal-artwork. 9:45 Ftuħ uffiċjali 10:30 Rakkonti: John A. Bonello John A. Bonello se jkun qed jaqra siltiet mill-kitba tiegħu lit-tfal u jinvolvihom fil-proċess tar-rakkont billi jistedinhom jaqtgħu x’se jiġri. (etajiet 7-12) 11:00 Attività ta’ qari – Aqra Miegħi Attività ta’ qari għat-tfal imtella’ b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (minn 5-6 snin) 11:30 Rakkonti: Clare Azzopardi Clare Azzopardi se jkun qed jaqra siltiet mill-ktieb tagħha Il-Qtates ta’ max-Xatt (etajiet 4-5) 12:00 Attività ta’ qari – Aqra Miegħi Attività ta’ qari għat-tfal imwaqqfa b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (minn 5-6 snin) 14:00 Iltaqa’ mal-awtur – Kirsten Spiteri Kirsten Spiteri, l-awtur ta’ The Wave u Far From Home, se jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu bħala awtur emerġenti u se jkun ukoll qed jaqra siltiet miż-żewġ rumanzi tiegħu. L-attività hija mtella’ minn Faraxa. 19:00 Tmiem tal-Festival SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More