Home / News / Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 Back to News Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 1st June, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża lill-pubbliku li, segwenti għal proċess twil valutattiv, il-Bord tal-Aġġudikanti għall-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 unanimament għażel ‘Camilla’, proġett imħejji mis-Sur Martin Bonniċi u l-kumpanija tiegħu Shadeena, bħala r-reċipjent tal-fondi dis-sena. ‘Camilla’ huwa adattazzjoni ta’ novella li ġġib l-istess isem meħuda mill-ktieb ta’ Clare Azzopardi, Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014), li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 fil-kategorija ta’ Stejjer Qosra bl-Ingliż u bil-Malti. In-novella ddur ma’ mara misterjuża mill-Italja li tibda tgħix in-Naxxar fejn isir magħrufa għall-epitaffji li tikteb għan-Naxxarin mejtin. Il-produzzjoni tal-film għandha tibda fil-ġimgħat li ġejjin u tkun lesta sa meta l-film jintwera pubblikament għall-ewwel darba fl-10 ta’ Novembru 2018 waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 ġewwa d-Dar tal-Mediterran il-Belt Valletta. Viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw il-premier ta’ dal-film b’xejn u se jkollhom l-opportunitá sabiex jiltaqgħu mad-direttur tal-film kif ukoll mal-awtriċi. L-Bord tal-Aġġudikanti dis-sena kien magħmul minn Andrei Vella Laurenti, Charles Calleja u Mario Cassar. Waqt il-produzzjoni tal-film, l-membri tat-tim iridu jibqgħu f’kuntatt mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u mal-Bord tal-Aġġudikanti biex jaċċertaw li l-proġett qed jimxi mal-proposta aċċettata u mal-kriterji u regoli tal-konkors. SHARE POST Related Articles Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More