Home / News / Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 Back to News Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 1st June, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża lill-pubbliku li, segwenti għal proċess twil valutattiv, il-Bord tal-Aġġudikanti għall-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 unanimament għażel ‘Camilla’, proġett imħejji mis-Sur Martin Bonniċi u l-kumpanija tiegħu Shadeena, bħala r-reċipjent tal-fondi dis-sena. ‘Camilla’ huwa adattazzjoni ta’ novella li ġġib l-istess isem meħuda mill-ktieb ta’ Clare Azzopardi, Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014), li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 fil-kategorija ta’ Stejjer Qosra bl-Ingliż u bil-Malti. In-novella ddur ma’ mara misterjuża mill-Italja li tibda tgħix in-Naxxar fejn isir magħrufa għall-epitaffji li tikteb għan-Naxxarin mejtin. Il-produzzjoni tal-film għandha tibda fil-ġimgħat li ġejjin u tkun lesta sa meta l-film jintwera pubblikament għall-ewwel darba fl-10 ta’ Novembru 2018 waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 ġewwa d-Dar tal-Mediterran il-Belt Valletta. Viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw il-premier ta’ dal-film b’xejn u se jkollhom l-opportunitá sabiex jiltaqgħu mad-direttur tal-film kif ukoll mal-awtriċi. L-Bord tal-Aġġudikanti dis-sena kien magħmul minn Andrei Vella Laurenti, Charles Calleja u Mario Cassar. Waqt il-produzzjoni tal-film, l-membri tat-tim iridu jibqgħu f’kuntatt mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u mal-Bord tal-Aġġudikanti biex jaċċertaw li l-proġett qed jimxi mal-proposta aċċettata u mal-kriterji u regoli tal-konkors. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More