Home / News / Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ: Daqt jagħlqu l-applikazzjonijiet Back to News Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ: Daqt jagħlqu l-applikazzjonijiet Other 31st August, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża li għad fadal ġimgħa biss biex wieħed ikun jista’ jissottometti xogħlu għall-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, jiġifieri sa nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Settembru. Dan il-konkors, li l-għan tiegħu huwa li toktor letteratura għaż-żgħażagħ ta’ livell għoli, jsir flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ u issa jinsab fit-tmien edizzjoni tiegħu. Ir-rebbieħ jew rebbieħa tal-konkors, minbarra trofew u ċertifikat, jingħataw anki għotja finanzjarja ta’ €1,000. Barra minn hekk it-test rebbieħ jiġi ppubblikat minn pubblikatur tal-għażla tal-kittieb. Fil-fatt fi ftit taż-żmien il-pubbliku se jkun jista’ jakkwista l-ktieb Stessi ta’ Matthew Schembri, li rebaħ il-konkors tal-2016. Dan hu l-aħħar minn sensiela ta’ kotba ppubblikati wara suċċess f’dan il-konkors. Il-ktieb hu ppubblikat minn Merlin Publishers. Ir-rumanz jittratta temi bħan-narċissiżmu u l-kultura tal-istessi, billi jiżvolġi storja li ddur ma’ kamera li tibda tiġbed l-istessi waħedha. Sadanittant, tista’ tara hawnhekk min kienu r-rebbieħa ta’ dan il-konkors fil-passat. L-applikanti jrid ikollhom minn tal-inqas 20 sena, u t-test sottomess irid ikun oriġinali u jkollu bejn 20,000 u 25,000 kelma. Għal tagħrif aktar iddettaljat dwar x’inhuma l-kriterji biex tapplika agħfas hawnhekk, u tista’ tniżżel l-applikazzjoni minn hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More