Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 19th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi, etiċi, ideoloġiċi u ta’ prinċipji u valuri. Il-mistieden irrimarka b’konvinzjoni li l-edukazzjoni mhijiex newtrali, anzi hija politiċizzata għax hija dwar għażliet tan-naturi varji li ssemmew aktar ’il fuq. Tul l-intervista Prof. Borg jitkellem dwar suġġetti oħra bħall-meritokrazija u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni lil kulħadd u edukazzjoni ta’ kwalità lil kulħadd bħala ż-żewġ passi sussegwenti fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, l-iżvantaġġi li wieħed jitwieled bihom u kif dawn jistgħu jintgħelbu fl-iskola, id-drittijiet umani u bosta suġġetti oħra li kollha huma msejsa fuq il-kunċett li l-edukatur u l-edukazzjoni jgħinu l-aktar lil min għandu bżonn. Prof. Carmel Borg kiseb id-Dottorat tiegħu dwar l-Istudji Kurrikulari mill-Università ta’ Toronto. Awtur ta’ numru kbir ta’ kapitli f’kotba u studji f’rivisti internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu jiffukaw fuq is-soċjoloġija tal-edukazzjoni, it-teoriji tal-kurrikulu, il-pedagoġija kritika, l-edukazzjoni adulta u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More