Home / News / Taħt il-Qoxra: Lorraine Galea Back to News Taħt il-Qoxra: Lorraine Galea Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 15th July, 2019 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lorraine Galea. Mal-mistiedna tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu u jispirawha, l-element awtobijografiku fit-tfassil tar-rumanzi tal-kittieba, l-aspett volontarju fil-ħajja tagħha u kif dan jimxi id f’id mal-kitba, u metodi kif il-ġenituri jistgħu jrawmu d-drawwa tal-qari fit-tfal, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Lorraine Galea hija l-awtriċi ta’ 4 rumanzi għall-adulti u l-adoloxxenti bl-isem ta’ Id-Djarju ta’ Darba f’Sena (2014), Jien Bħalek, Differenti (2015), Buli (2016), u Ritratt Bla Ħsieb (2018). L-aħħar żewġ kotba jirrigwardjaw ukoll it-temi ta bbuljar bil-ħsieb li jkunu ta’ għajnuna lil tfal, żgħażagħ u dawk ta’ madwarhom biex ikunu jafu kif għandhom jimxu f’każijiet ta’ bbuljar. Lorraine hija wkoll għalliema tal-PSCD fi skola sekondarja, u membru tal-għaqda volontrarja Be Brave, li taħdem biex ixxerred aktar għarfien dwar is-suġġett tal-ibbuljar u l-forom differenti li jista’ jieħu. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More view all similar news
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More