Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other • Pubblikazzjonijiet 28th May, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ pubblikazzjonijiet lokali lill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dawn il-kotba se jimlew l-ixkafef tal-librerija l-ġdida taċ-Ċentru Leap fil-Belt Valletta. Din il-librerija se tkun qiegħda hemm għall-użu tan-nies fl-inħawi tal-Belt u l-Furjana li jirrikorru għas-servizzi tal-FSWS f’dan iċ-ċentru. Fost l-oħrajn, ingħataw rumanzi, novelli, poeżiji, drammi, traduzzjonijiet, bijografiji, kotba ta’ riċerka, u kotba għal tfal ta’ kull età li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew xi konkors ieħor tal-KNK fil-passat, kif ukoll kotba varji oħra. Kampjun mid-donazzjoni ġie ppreżentat lil Mariella Ikechi, Ħaddiema tal-Komunità, mingħand Matthew Borg, Maniġer Anzjan tal-KNK. Magħhom kien hemm Denise Farrugia, Maniġer, Maria Mercieca, Leader, u Russell John Debono, Konsulent Soċjali. Matul is-sena l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jagħti bosta donazzjonijiet lil entitajiet differenti tal-Gvern, għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u gruppi oħra sabiex jagħmel mezz li kull settur tas-soċjetà jkollu aċċess aħjar għall-kotba u l-qari. Minbarra dawn id-donazzjonijiet waħdiet, il-KNK dejjem iżomm l-appuntament ma’ Malta Libraries aktar minn darba fis-sena, meta jippreżenta ammont sostanzjali ta’ titli ġodda biex il-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex ikunu jistgħu joffru l-aħjar u l-aktar letteratura u riċerka friska lill-poplu. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More