Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal xelters kontra l-vjolenza domestika Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal xelters kontra l-vjolenza domestika Inizjattivi • Other 10th December, 2021 Ilbieraħ il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta għadd ġmielu ta’ kotba lill-Kummissjoni għall-Vjolenza abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika li se jitqassmu f’ħames xelters li jilqgħu persuni li jkunu vittmi ta’ vjolenza domestika. Il-preżentazzjoni kienet parti minn kampanja ta’ 16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika bit-tema ‘Il-vuċi tiegħek tista’ teħilsek’, u qed issir b’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Il-kotba, ippreżentati mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, jinkludu bosta titli li rebħu l-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti kif ukoll oħrajn li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, fosthom rumanzi, novelli, poeżiji u xi kotba tar-riċerka. Din id-donazzjoni se tkun qed timla l-ixkafef tal-libreriji ta’ Dar Merħba Bik, Għabex, Il-Milja (Fondazzjoni Sebħ), Dar Emmaus u SOAR Malta. Fid-diskors tiegħu Camilleri rrimarka kemm hu importanti li fi żminijet ta’ tbatija mqar ikun hemm persuna waħda li ma titlaqx lil min ikun qed ibati, madankollu sostna li ktieb ukoll jaf ikun ta’ sostenn u wens sabiex it-tama ma tintilifx. Fakkar f’dawk il-persuni u tfal li qalb il-vjolenza jsibu l-mistrieħ u l-ħarba tagħhom fil-kotba, fit-tagħlim u fl-istejjer. Il-kotba ntlaqgħu minn Graziella Castillo, Direttur ta’ Aġenzija Appoġġ, Yvonne Fiorini Lowell li hi s-Service Area Leader tal-aġenzija, u Yvonne Mallia li hi d-Direttur ta’ Il-Milja. Fil-preżenza tagħhom kien hemm il-Kummssarju għall-Vjolenza abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, Audrey Friggieri, il-Ministru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, u l-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici. Ritratti ta’ Nicholas Saliba. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More