Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal xelters kontra l-vjolenza domestika back to news Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal xelters kontra l-vjolenza domestika Inizjattivi • Other 10th December, 2021 Ilbieraħ il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta għadd ġmielu ta’ kotba lill-Kummissjoni għall-Vjolenza abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika li se jitqassmu f’ħames xelters li jilqgħu persuni li jkunu vittmi ta’ vjolenza domestika. Il-preżentazzjoni kienet parti minn kampanja ta’ 16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika bit-tema ‘Il-vuċi tiegħek tista’ teħilsek’, u qed issir b’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Il-kotba, ippreżentati mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, jinkludu bosta titli li rebħu l-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti kif ukoll oħrajn li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, fosthom rumanzi, novelli, poeżiji u xi kotba tar-riċerka. Din id-donazzjoni se tkun qed timla l-ixkafef tal-libreriji ta’ Dar Merħba Bik, Għabex, Il-Milja (Fondazzjoni Sebħ), Dar Emmaus u SOAR Malta. Fid-diskors tiegħu Camilleri rrimarka kemm hu importanti li fi żminijet ta’ tbatija mqar ikun hemm persuna waħda li ma titlaqx lil min ikun qed ibati, madankollu sostna li ktieb ukoll jaf ikun ta’ sostenn u wens sabiex it-tama ma tintilifx. Fakkar f’dawk il-persuni u tfal li qalb il-vjolenza jsibu l-mistrieħ u l-ħarba tagħhom fil-kotba, fit-tagħlim u fl-istejjer. Il-kotba ntlaqgħu minn Graziella Castillo, Direttur ta’ Aġenzija Appoġġ, Yvonne Fiorini Lowell li hi s-Service Area Leader tal-aġenzija, u Yvonne Mallia li hi d-Direttur ta’ Il-Milja. Fil-preżenza tagħhom kien hemm il-Kummssarju għall-Vjolenza abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, Audrey Friggieri, il-Ministru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, u l-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici. Ritratti ta’ Nicholas Saliba. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More