Home / News / Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Back to News Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Inizjattivi • Other 19th July, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali. Skop, Servizz u Tul L-iskop ta’ din l-Espressjoni t’Interess huwa li tfittex is-servizzi full-time t’Organizzatur Kultura fuq bażi ta’ kuntratt definit ta’ sena. Il-kandidat għandu jkollu kwalifikazzjoni rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF, ħakma eċċellenti kemm tal-Malti kif ukoll tal-Ingliż, għarfien eċċellenti tal-Microsoft Office, kapaċi juża l-mezzi tal-midja soċjali, u għandu għarfien tal-industrija tal-ktieb Malti, tal-pubblikazzjoni u l-letteratura lokali. Esperjenza ta’ xogħol preċedenti fl-organizzazzjoni t’avvenimenti ħa tkun ikkunsidrata bħala vantaġġ. Il-post fejn il-Kandidat/a magħżul/a jagħti s-servizz tiegħu huwa fl-Uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke. Il-ħatra tkun għal perjodu ta’ sena (1) waħda, li tista’ tiġġedded jekk jintlaħqu livelli sodisfaċenti ta’ prestazzjoni, fuq bażi ta’ ġimgħa ta’ 40 siegħa. Sottomissjonijiet t’applikazzjonijiet Persuni interessati u li huma eliġibbli sabiex japplikaw għandhom jindikaw dan l-interess billi jibagħtu imejl fuq nationalbookcouncil@gov.mt u jehmżu ittra u s-CV tagħhom, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tad-29 ta’ Lulju 2022 u jindikaw fl-imejl is-suġġett u r-referenza tal-Espressjoni tal-Interess (Services of Cultural Organiser – EOI 1/2022). Ħlas Qed tiġi offruta remunerazzjoni (paga bażika) ta’ €26,000 fis-sena. Aqra l-Espressjoni ta’ Interess fl-intier tagħha minn hawn. It-tħabbira tista’ tinqara fuq il-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Lulju. SHARE POST Related Articles Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More view all similar news
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More