Home / News / Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Back to News Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Inizjattivi • Other 19th July, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali. Skop, Servizz u Tul L-iskop ta’ din l-Espressjoni t’Interess huwa li tfittex is-servizzi full-time t’Organizzatur Kultura fuq bażi ta’ kuntratt definit ta’ sena. Il-kandidat għandu jkollu kwalifikazzjoni rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF, ħakma eċċellenti kemm tal-Malti kif ukoll tal-Ingliż, għarfien eċċellenti tal-Microsoft Office, kapaċi juża l-mezzi tal-midja soċjali, u għandu għarfien tal-industrija tal-ktieb Malti, tal-pubblikazzjoni u l-letteratura lokali. Esperjenza ta’ xogħol preċedenti fl-organizzazzjoni t’avvenimenti ħa tkun ikkunsidrata bħala vantaġġ. Il-post fejn il-Kandidat/a magħżul/a jagħti s-servizz tiegħu huwa fl-Uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke. Il-ħatra tkun għal perjodu ta’ sena (1) waħda, li tista’ tiġġedded jekk jintlaħqu livelli sodisfaċenti ta’ prestazzjoni, fuq bażi ta’ ġimgħa ta’ 40 siegħa. Sottomissjonijiet t’applikazzjonijiet Persuni interessati u li huma eliġibbli sabiex japplikaw għandhom jindikaw dan l-interess billi jibagħtu imejl fuq nationalbookcouncil@gov.mt u jehmżu ittra u s-CV tagħhom, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tad-29 ta’ Lulju 2022 u jindikaw fl-imejl is-suġġett u r-referenza tal-Espressjoni tal-Interess (Services of Cultural Organiser – EOI 1/2022). Ħlas Qed tiġi offruta remunerazzjoni (paga bażika) ta’ €26,000 fis-sena. Aqra l-Espressjoni ta’ Interess fl-intier tagħha minn hawn. It-tħabbira tista’ tinqara fuq il-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Lulju. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More