Home / News / Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN 2022 Back to News Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN 2022 ISBN & ISMN • Other 26th September, 2022 Wara sentejn mingħajr laqgħat fiżiċi, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ingħaqad ma’ aktar minn 150 aġenzija nazzjonali oħra għal-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN, li saret bejn is-7 u d-9 ta’ Settembru fil-Librerija Nazzjonali tan-Norveġja, Oslo. F’isem il-KNK attendew il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, u l-Maniġer tal-ISBN, Michael Mercieca. Waqt din il-laqgħa l-aġenziji nazzjonali tkellmu dwar suġġetti kurrenti relatati mal-ISBN, fosthom iż-żieda tal-awtopubblikazzjonijiet u l-forom elettroniċi tal-pubblikazzjonijiet, l-aħjar prattiċi fil-ħruġ tal-ISBNs, modi ġodda ta’ riċerka u informazzjoni bis-saħħa ta’ sistema ġdida ta’ kodifikazzjoni (RaiD), kif ukoll dwar jekk l-użu tal-ISBN għandux isir obbligu legali fl-aħjar interess għall-ġbir ta’ dejta preċiża dwar l-għadd ta’ pubblikazzjonijiet. Mil-laqgħat ħareġ li, bħala medja, in-numru ta’ ISBNs maħruġa f’Malta jaqbel ma’ dak tal-maġġoranza tad-delegazzjonijiet waqt il-konferenza. Minn dis-sena Malta se tapplika sabiex tkun tista’ tibda tuża programm ġdid għall-ISMN, li jħaffef it-tiftix għal informazzjoni fuq kompożizzjonijiet u pubblikazzjonijiet mużikali ġodda; il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-Konferenza tal-ISMN (International Standard Music Number) saret il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru fl-istess post. Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN hi organizzata mill-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN, u sservi t’opportunità għall-iskambju tal-informazzjoni bejn aġenziji nazzjonali differenti tal-ISBN, u bejn id-delegati barranin dwar xogħolhom u l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN/ISMN tal-2023 se ssir ir-Rabat fil-Marokk bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru. SHARE POST Related Articles X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More