Home / News / Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN 2022 Back to News Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN 2022 ISBN & ISMN • Other 26th September, 2022 Wara sentejn mingħajr laqgħat fiżiċi, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ingħaqad ma’ aktar minn 150 aġenzija nazzjonali oħra għal-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN, li saret bejn is-7 u d-9 ta’ Settembru fil-Librerija Nazzjonali tan-Norveġja, Oslo. F’isem il-KNK attendew il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, u l-Maniġer tal-ISBN, Michael Mercieca. Waqt din il-laqgħa l-aġenziji nazzjonali tkellmu dwar suġġetti kurrenti relatati mal-ISBN, fosthom iż-żieda tal-awtopubblikazzjonijiet u l-forom elettroniċi tal-pubblikazzjonijiet, l-aħjar prattiċi fil-ħruġ tal-ISBNs, modi ġodda ta’ riċerka u informazzjoni bis-saħħa ta’ sistema ġdida ta’ kodifikazzjoni (RaiD), kif ukoll dwar jekk l-użu tal-ISBN għandux isir obbligu legali fl-aħjar interess għall-ġbir ta’ dejta preċiża dwar l-għadd ta’ pubblikazzjonijiet. Mil-laqgħat ħareġ li, bħala medja, in-numru ta’ ISBNs maħruġa f’Malta jaqbel ma’ dak tal-maġġoranza tad-delegazzjonijiet waqt il-konferenza. Minn dis-sena Malta se tapplika sabiex tkun tista’ tibda tuża programm ġdid għall-ISMN, li jħaffef it-tiftix għal informazzjoni fuq kompożizzjonijiet u pubblikazzjonijiet mużikali ġodda; il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-Konferenza tal-ISMN (International Standard Music Number) saret il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru fl-istess post. Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN hi organizzata mill-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN, u sservi t’opportunità għall-iskambju tal-informazzjoni bejn aġenziji nazzjonali differenti tal-ISBN, u bejn id-delegati barranin dwar xogħolhom u l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-ISBN/ISMN tal-2023 se ssir ir-Rabat fil-Marokk bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More