Home / News / Markapaġna E09 – Clare Azzopardi Back to News Markapaġna E09 – Clare Azzopardi Markapaġna • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 8th November, 2022 Clare Azzopardi tidħol fi djalogu ma’ Luke Galea dwar il-ġabra ta’ novelli miktuba minn Nadia Mifsud, żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), l-esperjenza differenti li tatha minn ġabriet oħra, u l-opportunità li ppreżentatilha biex tħares lejn id-dinja minn perspettivi differenti. Clare Azzopardi kitbet u ttraduċiet numru ta’ kotba għat-tfal, għall-adoloxxenti kif ukoll għall-kbar. Fost l-iktar kotba magħrufa tagħha hemm Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz u s-serje ta’ Jake Cassar. Bosta stejjer ġew ippubblikati f’rivisti barra minn Malta u l-ġabra ta’ novelli Kulħadd ħalla isem warajh ġiet ippubblikata l-Kroazja, l-Ungerija, l-Eġittu u s-Slovenja. Ir-rumanz tagħha Castillo, ġie ppubblikat bl-Għarbi, u bit-Taljan. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se titnieda traduzzjoni bl-Ingliż tiegħu bl-isem ta’ The Lives and Deaths of K.Penza. Dan ir-rumanz ġie addattat għall-palk kif ukoll għat-televixin mill-kumpanija Take Two. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=YLBaXU4rBy0[/embedyt] Kotba dikussi f’dan l-episodju: Nadia Mifsud, żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021) Clare Azzopardi, Castillo (Merlin Publishers, 2018) Mużika: Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’ https://michaelazzopardi.xyz/ Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More