Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimplimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta f’ħidma mal-Arkivji Nazzjonali Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimplimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta f’ħidma mal-Arkivji Nazzjonali Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 13th November, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif implimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta b’mod uffiċjali, f’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. Dan ifisser li mil-lum ’il hemm dokumenti ewlenin li għandhom x’jaqsmu mal-KNK se jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-Politika, li ġiet approvata formalment waqt żjara minn rappreżantanti tal-KNK għand l-Arkivji llum, 13 ta’ Novembru 2023, se tassigura li jinħażnu rekords kruċjali relatati mal-istorja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Dal-pass ittieħed wara diskussjonijiet fil-fond bejn iż-żewġ entitajiet megħjuna mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, li wasslu għall-awtorizzazzjoni ta’ skeda komprensiva ta’ żamma tad-dejta. L-implimentazzjoni ta’ dil-politika tixħet dawl fuq l-impenn li hemm bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet sabiex dad-dokumenti jkunu ppreservati b’mod rispettuż. L-inizjattiva tassigura li dokumenti li għandhom valur storiku jimxu lejn l-Arkivji Nazzjonali sabiex ikunu ppreservati b’mod permanenti. Waqt il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, iddeskriva l-mument bħala wieħed storiku, “Għall-ewwel darba u bis-saħħa ta’ dal-ftehim, dokumenti importanti ħafna li għandhom x’jaqsmu mal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew il-Fiera Internazzjonali tal-Kotba – kif kien magħruf il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fit-tmeninijiet – se jinħażnu u jkunu aċċessibbli għal kulħadd”. F’ġieħ l-integrità u r-relevanza, dil-politika se tkun iċċekkjata kull tant snin sa minimu ta’ darba kull ħames snin mill-pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri llum. Dawn iċ-ċekkjaturi jħarsu lejn ir-rilevanza tal-kategoriji li jiggwidaw il-proċess u d-dokumentazzjoni, l-aktar fid-dawl ta’ xi bidliet legali jew ta’ proċedura. Barra minn hekk, dil-politika tieħu post kull politika taż-żamma tad-dejta oħra li kienet qed topera fuq dokumenti simili. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More