Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimplimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta f’ħidma mal-Arkivji Nazzjonali Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimplimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta f’ħidma mal-Arkivji Nazzjonali Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 13th November, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif implimenta l-Politika dwar iż-Żamma tad-Dejta b’mod uffiċjali, f’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. Dan ifisser li mil-lum ’il hemm dokumenti ewlenin li għandhom x’jaqsmu mal-KNK se jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-Politika, li ġiet approvata formalment waqt żjara minn rappreżantanti tal-KNK għand l-Arkivji llum, 13 ta’ Novembru 2023, se tassigura li jinħażnu rekords kruċjali relatati mal-istorja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Dal-pass ittieħed wara diskussjonijiet fil-fond bejn iż-żewġ entitajiet megħjuna mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, li wasslu għall-awtorizzazzjoni ta’ skeda komprensiva ta’ żamma tad-dejta. L-implimentazzjoni ta’ dil-politika tixħet dawl fuq l-impenn li hemm bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet sabiex dad-dokumenti jkunu ppreservati b’mod rispettuż. L-inizjattiva tassigura li dokumenti li għandhom valur storiku jimxu lejn l-Arkivji Nazzjonali sabiex ikunu ppreservati b’mod permanenti. Waqt il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, iddeskriva l-mument bħala wieħed storiku, “Għall-ewwel darba u bis-saħħa ta’ dal-ftehim, dokumenti importanti ħafna li għandhom x’jaqsmu mal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew il-Fiera Internazzjonali tal-Kotba – kif kien magħruf il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fit-tmeninijiet – se jinħażnu u jkunu aċċessibbli għal kulħadd”. F’ġieħ l-integrità u r-relevanza, dil-politika se tkun iċċekkjata kull tant snin sa minimu ta’ darba kull ħames snin mill-pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri llum. Dawn iċ-ċekkjaturi jħarsu lejn ir-rilevanza tal-kategoriji li jiggwidaw il-proċess u d-dokumentazzjoni, l-aktar fid-dawl ta’ xi bidliet legali jew ta’ proċedura. Barra minn hekk, dil-politika tieħu post kull politika taż-żamma tad-dejta oħra li kienet qed topera fuq dokumenti simili. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More