Home / News / ‘Ir-Re Borg’ nominat għall-Premju tal-UE għal-Letteratura minn Malta Back to News ‘Ir-Re Borg’ nominat għall-Premju tal-UE għal-Letteratura minn Malta Inizjattivi • Other 27th February, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jinnomina r-rumanz Ir-Re Borg għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura f’isem Malta. Ir-rumanz huwa xogħol Aleks Farrugia, u kien ippubblikat minn SKS Publishers fl-2022. Il-bord tan-nominazzjoni, magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, il-lettur u kittieb David Aloisio u l-edukatur u kittieb Noel Tanti, qablu unanimament dwar din l-għażla, u kkummentaw hekk: “Dan-ir-rumanz huwa ritratt kontemporanju tal-idjosinkraziji ta’ Malta bħala l-iżgħar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa xogħol letterarju li jagħti vuċi liż-żgħir qalb il-ħamba ta’ super-politiċi li jipprattikaw il-politika bħala eżerċizzju ta’ marketing u branding.” Mikiel Borg, magħruf bħala ‘Iċ-Chopper’, u sid ta’ ħanut żgħir tal-merċa, jidħol f’tabxa relattivament żgħira li eventwalment twasslu biex jaffaċċja l-istituzzjonijiet u l-burokrazija li tifgahom. Dan kollu jitfgħu f’sitwazzjoni xejn feliċi, sakemm tiġih l-idea li jwaqqaf partit politiku ġdid biex jisfida s-sistema bipartitika Maltija – ‘il-Partit Monarkiku Malti’. In-narrattiva satirika ta’ Farrugia tistieden lill-qarrej jaħseb dwar kif issir il-politika f’Malta u dwar l-immaġni li jibnu madwarhom il-politiċi, iżda fl-istess ħin id-difetti ta’ Mikiel – bħala bniedem komuni – huma wkoll mirja tad-difetti ta’ poplu li, fiżikament jew le, iwasslu għal traġikummiedja. Rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jipparteċipa fil-Fiera tal-Ktieb ta’ Brussell f’April li ġej, sabiex jiddiskuti n-nominazzjoni ta’ Malta quddiem il-bord tal-aġġudikazzjoni. B’kollox se jkun hemm 13-il pajjiż jieħu sehem f’dan iċ-ċiklu ta’ nominazzjonijiet. Wara li l-aġġudikaturi jkunu tkellmu mal-pajjiżi parteċipanti kollha – inkluż Malta – jagħżlu awtur jew awtriċi rebbieħ/a kif ukoll ħames awturi oħra li jispikkaw fuq l-oħrajn. Il-ktieb Ir-Re Borg se jkun għall-bejgħ waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, iżda tista’ takkwistah ukoll mis-sit tal-SKS Publishers. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More