Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Other 6th March, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika ddedikata li tħares il-ħtiġijiet tal-industrija tal-ktieb Malti, bi pjaċir iħabbar il-ħatra ta’ 5 membri ġodda fil-Bord tiegħu. Dal-membri ġodda se jikkontribwixxu bis-saħħa tal-għarfien speċjalizzat tagħhom, tal-perspettivi differenti, u tal-passjoni komuni li għandhom għad-dinja tal-kotba. Il-Kunsill huwa mmexxi minn Bord mhux eżekuttiv ta’ disa’ membri nnominati mill-Ministru għall-Edukazzjoni u maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu ta’ tliet snin. Il-membri tal-Bord jistgħu jinħatru mill-ġdid wara li jiskadi t-terminu. Il-membri l-ġodda huma l-awtriċi Dr Sandra Hili Vassallo, il-pubblikatur ta’ Faraxa Publications, is-Sa Joanne Micallef, il-Maniġer ta’ Heritage Malta Publications, is-Sur Godwin Vella, il-poeta u edukatur Dr Omar Seguna, u l-awtur u lettur Dr David Aloisio, dan tal-aħħar appuntat bħala Deputat Chairperson. Il-Bord reġa’ beda l-laqgħat regolari tiegħu nhar it-Tlieta 5 ta’ Marzu biex jiddiskuti l-ħidma tal-Kunsill għal din is-sena u l-istrateġija għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħares bil-ħerqa lejn il-frott tal-isforzi kollaborattivi tal-membri l-ġodda ma’ dawk eżistenti, sabiex ikun żgurat li s-suq tal-pubblikazzjonijiet Maltin jibqa’ forma vibranti tal-espressjoni kulturali u edukattiva. Il-Membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma: Kap Eżekuttiv Mr Mark Camilleri Segretarju tal-Bord Mr Matthew Borg Deputat Chairperson Dr David Aloisio Membri oħra Sa Daniela Attard Bezzina Dr Maria Brown Dr Sandra Hili Vassallo Sa Joanne Micallef Dr Omar Seguna Mr Godwin Vella SHARE POST Related Articles Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More