Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bl-akbar spazju tal-esebituri li qatt kellu fl-MFCC Back to News Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bl-akbar spazju tal-esebituri li qatt kellu fl-MFCC Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 15th July, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir li dis-sena l-ispazju mittieħed mill-esebituri għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar li qatt kien hemm fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konferenzi, l-MFCC, Ta’ Qali. B’aktar minn 40 esebitur fl-edizzjoni ta’ dis-sena f’Novembru li ġej, se jkun hemm rekord ta’ 1,800 metru kwadru bl-istands, żieda fuq l-1,668 metru kwadru tas-sena l-oħra, u fuq l-1,200 metru kwadru tal-2022. L-istands personalizzati se jagħtu karattru lill-avveniment, filwaqt li l-Pjazza se tirritorna b’1,600 metru kwadru ddedikati għall-udjenza biex tirrilassa, issib iċ-ċans tqalleb fil-kotba mixtrija, jew sempliċiment tieħu pawża mill-avvenimenti u l-pubblikaturi li joktru f’dan l-aktar avveniment letterarju prestiġġjuż f’Malta. “Fi żminijiet bħal dawn importanti ferm li fi kwalunkwe post fejn jinbiegħu l-kotba l-esperjenza għall-viżitaturi tkun waħda impekkabbli. Il-kultura tal-kotba tgħix f’kalendarju kulturali Malti vibranti, u f’kompetizzjoni ma’ għadd ta’ mezzi medjali oħra, u allura jeħtiġilha taddatta. F’dar-rigward, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed jixpruna dat-tip ta’ raġunament”, enfasizza l-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, filwaqt li rrimarka li l-Festival Nazzjonali ta-Ktieb mhuwiex biss l-aktar avveniment popolari relatat mal-kotba, iżda anki wieħed li jattira familji sħaħ lejh. “Għalhekk, kburin inħabbru li bosta esebituri għażlu stands personalizzati, li se jġibu magħhom l-uniċità u l-individwalità li jagħnu lid-dehra u l-esperjenza tal-Festival”, qal Camilleri, filwaqt li nnota li l-varjetà tal-esebituri u l-parteċipazzjoni tagħhom jirfdu t-tema ta’ dis-sena, #dinjietjirrimaw – ċelebrazzjoni tad-diversità u l-għana tal-kelma miktuba. Il-biċċa l-kbira tal-esebituri huma pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba, iżda hemm numru ta’ NGOs u kittieba awtoppubblikati, kif ukoll organizzazzjonijiet jew entitajiet relatatati mal-promozzjoni tal-kotba u tal-kultura, fosthom korpi diplomatiċi. Numru ta’ esebituri se jkunu qed jorganizzaw l-attivitajiet, kemm fuq l-istand tagħhom jew f’xi waħda mill-imkejjen għall-attivitajiet. Dawn l-attivitajiet jiżdiedu ma’ dawk organizzati mill-KNK, u flimkien jagħtu dewqa tax-xena tal-kotba f’Malta. Fost l-oħrajn, fil-programm tal-attivitajiet wieħed jista’ jsib tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, diskussjonijiet tematiċi, seminars, u attivitajiet ta’ gost magħmula apposta għat-tfal u l-familji. Id-dimensjoni dinjija ssaħħet dis-sena, bil-parteċipazzjoni ta’ entitajiet bħaċ-Ċentru Kulturali Ċiniż u l-Ambaxxata Spanjola, kif ukoll l-Istitut Kulturali Taljan u l-German-Maltese Circle li qed jerġgħu jipparteċipaw. Hemm għadd ta’ parteċipanti ġodda dis-sena, li juri wkoll li l-Festival jibqa’ attraenti għall-imsieħba fl-industrija tal-kotba Maltija. Il-KNK ħadem ma’ bosta esebituri dis-sena sabiex dan l-avveniment nazzjonali jkun jista’ jipprovdi pjattaforma b’saħħitha għall-professjonisti tal-pubblikazzjoni u jilħaq aktar nies. Ngħidu aħna b’ħidma mal-Kunsill Malti għall-Arti se titnieda għat-tielet darba konsekuttiva l-esebizzjoni From Illustration to Book, li hija wirja tax-xogħlijiet ta’ illustraturi Maltin u internazzjonali. L-esebizzjoni miftuħa għal kulħadd b’xejn. Se jerġa’ jkun hemm il-Kamra Sensorja, addattata għal individwu fuq l-ispettru tal-awtiżmu jew għal tfal li tkun aħjar għalihom il-kalma ta’ dan l-ambjent milli l-ġenn tal-Festival. Inspire Malta se tkun qed tieħu ħsieb dil-kamra u torganizza attivitajiet għat-tfal, filwaqt li l-APS se jwieżen l-armar tagħha. L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma se tirritorna b’damma ta’ attivitajiet għat-tfal li jiffukaw fuq l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll se tkun qed tisponsorja wieħed mill-imkejjen għall-attivitajiet fl-MFCC. Il-programm tal-attivitajiet għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 (6-10 ta’ Novembru) ikun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin. Għal aktar aġġornamenti, segwi s-sit u l-Facebook tal-KNK, kif ukoll il-paġna Facebook ‘The Malta Book Festival’. Nagħtu merħba lil dawn l-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024: Esebituri/Exhibitors Horizons Klabb Kotba Maltin | Midsea Books Klabb Kotba Maltin | Midsea Books – Special Prices Faraxa Publishing Kotba Calleja SKS PUBLISHERS Għaqda tal-Malti - Università MELI bookshop L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Book Distributors Ltd Jens C. Budinger (Author) Il-Beżżul Bieżel University of Malta Malta University Distributors Heritage Malta Publishing Merlin Publishers MERLIN LIBRARY China Cultural Centre in Malta Istituto Italiano di Cultura La Valletta BONFIRRARO EDITORE Maltese Society for Christian Civilisation - Pro Malta Christiana Embassy of Spain Little Humane Books German-Maltese Circle/Department of German, UM The French Corner Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta Delicon Books Kite Group Malta Libraries Wirt Iż-Żejtun Mellieħa Local Council Librerija Preca Inanna Publishers Service Dogs Malta Foundation Bookends uXBT ltd Fondazzjoni Sagħtar MaltaOnlineBookshop International Human Rights Art Movement Wikimedia Community Malta Pandora Books Agenda Bookshop Inspire Malta Arts Council Malta SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More