Home / News / Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Back to News Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Other • Inizjattivi 17th December, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries, li min-naħa tagħhom issa jqassmuhom fuq l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-kotba jinkludu rumanzi, novelli, poeżiji, drama, letteratura mhux fittizja, traduzzjonijiet, kotba ta’ riċerka, kotba tat-tfal u kotba għaż-żgħażagħ li ħarġu fl-aħħar ftit snin. Dawn huma kollha pubblikazzjonijiet lokali. Fost il-kotba kien hemm bosta rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka fil-kategoriji varji tagħhom, kif ukoll oħrajn minn pubblikaturi lokali differenti. Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, lid-Deputat Librara Nazzjonali Doreen Borg Zammit. Dawn id-donazzjonijiet huma parti minn xogħol il-KNK huwa u jippromwovi l-letteratura Maltija. Il-KNK jagħmel żewġ donazzjonijiet lil Malta Libraries matul is-sena – waħda fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji f’April, u l-oħra fl-aħħar tas-sena. Dawn jgħinu wkoll sabiex fil-libreriji pubbliċi jkun hemm dejjem kotba ġodda li qed joħorġu l-pubblikaturi Maltin, u barra minn hekk isaħħu d-dħul tal-awturi li jinsabu fl-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku. SHARE POST Related Articles L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More view all similar news
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More