Home / News / Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Back to News Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Other • Inizjattivi 17th December, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries, li min-naħa tagħhom issa jqassmuhom fuq l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-kotba jinkludu rumanzi, novelli, poeżiji, drama, letteratura mhux fittizja, traduzzjonijiet, kotba ta’ riċerka, kotba tat-tfal u kotba għaż-żgħażagħ li ħarġu fl-aħħar ftit snin. Dawn huma kollha pubblikazzjonijiet lokali. Fost il-kotba kien hemm bosta rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka fil-kategoriji varji tagħhom, kif ukoll oħrajn minn pubblikaturi lokali differenti. Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, lid-Deputat Librara Nazzjonali Doreen Borg Zammit. Dawn id-donazzjonijiet huma parti minn xogħol il-KNK huwa u jippromwovi l-letteratura Maltija. Il-KNK jagħmel żewġ donazzjonijiet lil Malta Libraries matul is-sena – waħda fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji f’April, u l-oħra fl-aħħar tas-sena. Dawn jgħinu wkoll sabiex fil-libreriji pubbliċi jkun hemm dejjem kotba ġodda li qed joħorġu l-pubblikaturi Maltin, u barra minn hekk isaħħu d-dħul tal-awturi li jinsabu fl-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku. SHARE POST Related Articles Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More view all similar news
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More