Home / News / Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna Back to News Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News • Other 26th May, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden għal darb’oħra lill-professjonisti kollha fl-industrija tal-kotba Maltija biex jipparteċipaw f’sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-aġent letterarju internazzjonali Simon Trewin. Is-sessjoni ‘Everything You Ever Wanted to Know About Publishing Contracts… But Never Dared Ask’ se ssir fit-30 ta’ Mejju fl-4pm u se ddum 90 minuta. Trewin se jfiehem pass pass kif ikun kuntratt normali tal-pubblikazzjoni bejn awtur u pubblikatur, u xi jfissru kull klawżola li jkun hemm. Se jkun hemm ħin biżżejjed għall-mistoqsijiet. Dis-sessjoni hi tkomplija ta’ dik li tellajna fi Frar li għadda, li kien jisimha ‘The Rights Stuff’. Trewin se juża kuntratt eżistenti bħala każ ta’ studju (ixxerjat fuq skrin), u bi kliem sempliċi jħaffef il-kliem legali li wieħed normalment isib u jgħid kif jaffettawaw lill-awtur u lill-pubblikatur. Fost l-oħrajn, se nitkellmu dawr: X’inhuma d-drittijiet li se tkun qed tagħti lill-parti l-oħra u x’inhuma dawk li se tkun qed takkwista Id-differenza bejn dħul nett u d-dħul minn drittijiet skont kemm ikun jiswa l-ktieb X’inhi l-klawżola tal-għażla u xi tfisser għall-kotba futuri tiegħek Kif taħdem il-kwistjoni tat-treġġigħ lura tad-drittijiet Fejn l-aħjar li tagħmel pass lura – u kif tagħmlu Trewin huwa veteran tal-industrija tal-kotba fir-Renju Unit, u minn taħt idejh għaddew awturi li ġew tradotti f’60 lingwa differenti, fosthom kittieba rinomati bħal John Boyne u Paul Lynch, rebbieħ tal-Premju Booker. Il-ħidma bejn il-KNK u Trewin ilha għaddejja diversi snin, u bis-saħħa tagħha Trewin qed jaġixxi bħala ambaxxatur letterarju għal Malta. Il-laqgħa se tkun irrikordjata u arkivjata b’mod miktub sabiex kulħadd ikun jista’ jaċċessaha fil-futur.Is-sessjoni b’xejn, iżda trid tinkiteb hawnhekk. Dawk il-parteċipanti li jkollhom xi mistoqsijiet iridu jniżżluhom fil-formola stess li se tinkitbu biha. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More