Home / News / Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals • Malta Book Festival • News • Other 10th September, 2025 Tfal, żgħażagħ u min jieħu ħsiebhom se jkollhom iċ-ċans li jesperjenzaw għadd ta’ xows teatrali bbażati fuq kotba rebbieħa ta’ premji letterarji, waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru. Ix-xows teatrali se jkunu kkurati mid-drammaturga Simone Spiteri, u se jieħdu spunti minn kotba li rebħu l-Premju Terramaxka tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-passat. Tnejn mix-xows tant maħbuba se jittellgħu mill-’arkivji’ tal-Festival, u se jkun hemm tnejn oħra ġodda kkummissjonati apposta għal din l-edizzjoni. Ix-xows kollha se jittellgħu fi spazju ġdid iddedikat għat-teatru. Dawn il-performances jimmaġinaw mill-ġdid u b’mod aċċessibbli dawn l-istejjer letterarji, u allura jimxu id f’id mat-tema tal-Festival ta’ dis-sena li ħabbarna aktar kmieni, jiġifieri Nikteb mill-Ġdid – fejn il-letteratura tħeġġiġna nagħmlu dak il-pass aktar ’il quddiem. L-erba’ produzzjonijiet huma: Il-Kreatura tal-Bir (7 snin+)• Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru; 18:00 – 18:40• Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 18:00 – 18:40Adattat minn Miguel Formosa mill-ktieb Il-Kreatura tal-Bir ta’ Simon Bartolo (Merlin Publishers). Mikelin (4-9 snin)• Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 16:00 – 16:40• Il-Ħadd 9 ta’ Novembru; 10:30 – 11:00Adattat u dirett minn Mikhail Basmadjian u Antonella Axisa, bis-sehem ta’ Giuseppe Gauci Briffa bħala Mikelin mill-ktieb Mikelin ta’ Sandra Hili Vassallo, b’illustrazzjonijiet ta’ Susanna Rumiz (Merlin Publishers).Fittixni (8 snin+) • Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 14:00-14:40 • Il-Ħadd 9 ta’ Novembru; 15:00-15:40Dirett minn Karl Cassar bi studenti mill-MVPA u adattat mill-ktieb Fittixni ta’ Antoinette Borg (Merlin Publishers). F’kollaborazzjoni mal-MVPA. Madam Ortensja Paskwalina de Rohan (3-7 snin) • Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 11:00-11:40 • Il-Ħadd 9 ta’ Novembru; 13:00-13:40Dirett minn Jacob Piccinino u adattat mill-ktieb Madam Ortensja Paskwalina de Rohan ta’ Clare Azzopardi, illustrat minn Moira Scicluna Zahra (Merlin Publishers). “Il-KNK ħerqan biex għal darb’oħra jilqa’ lill-membri żgħar tal-Festival sabiex jesperjenzaw il-maġija tal-letteratura Maltija fuq l-istejġ”, sostna l-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri. “Dis-sena bdilna l-esperjenza tax-xows sabiex tkun tista’ tilqa’ ferm aktar nies minn dawk biss li jiġu mal-klassi filgħodu, b’xows li se jittellgħu f’jiem differenti tal-Festival”, żied Camilleri, huwa u jesprimi kunfidenza li dan it-trattament differenti tax-xows – imżewweġ mal-performances “fantastiċi” li qed jitħejjew – se jħeġġu apprezzament akbar tal-letteratura Maltija mill-viżitaturi żgħar u żgħażagħ. Id-Direttur Artistiku Simone Spiteri saħqet li t-teatru u l-letteratura jiffurmaw il-fondazzjoni għal edukazzjoni olistika għat-tfal li tgħinhom isawru l-immaġinazzjoni, irawmu l-empatija, u jibnu kuxjenza kulturali sa minn età bikrija. “Eċitata immens li tqabbadt nikkura dan il-grupp ta’ xogħlijiet teatrali, għax qed naħdem ma’ taħlita ta’ diretturi, atturi u persuni fil-qasam kreattiv kemm ġodda u anki stabbiliti, li qed iġibu bejniethom enerġija unika u viżjoni fuq il-palk. Huwa privileġġ li se nkun xhud ta’ din il-kollaborazzjoni, u li qed naħdem mal-KNK li jafda fil-komunità teatrali biex inwasslu xogħol letterarju Malti lil udjenzi żgħar u żgħażagħ b’mod li jibqgħu jiftakruh għal dejjem. Il-postijiet limitati għal 100 siġġu, allura ħaffef u bbukkja minn Eventbrite! Ix-xows teatrali kollha se jsiru waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb l-MFCC, Ta’ Qali, mill-Ġimgħa 7 ta’ Novembru sal-Ħadd 9 ta’ Novembru. Ix-xows b’xejn, iżda trid tirreġistra minn Eventbrite. Għal aktar informazzjoni żur ktieb.org.mt jew segwi lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb minn Facebook jew Instagram. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jitnieda fil-jiem li ġejjin. SHARE POST Related Articles Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More