Home / News / Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Back to News Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals • News • Other 27th October, 2025 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jinsab issa fis-46 edizzjoni tiegħu, li dis-sena se ssir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali. Il-Festival jorganizzah il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), jattira nies minn kull vija tal-ħajja, u huwa l-akbar ċelebrazzjoni fil-Gżejjer Maltin f’dak li għandu x’jaqsam mal-qari u l-kotba. Id-dħul b’xejn, u tista’ ġġib il-pets tiegħek miegħek. B’aktar minn 40 esebitur u aktar minn 100 attività li jsawru programm ta’ attivitajiet rikk u varjat, il-Festival jaf iqabbdek ftit affann. Madankollu f’dan li ġej se ngħinuk tassorbi dik l-informazzjoni neċessarja… u nibdlulek din l-emozzjoni f’waħda ta’ eċitament qabel ma narawk fi ftit ġimgħat oħra taħt it-tinda! It-tema u l-attivitajiet ewlenin It-tema ta’ dis-sena, Nikteb mill-Ġdid, tiċċelebra l-qawwa trasformattiva tal-kotba u l-qari – sija jekk bi xbihat poetiċi u sija jekk bil-movimenti narrattivi ta’ storja, inkella bl-għerf akkwistat mill-kotba mhux fittizji. L-esebituri tagħna se jkunu turija ta’ dan, b’varjetà ta’ pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba, NGOs, u organizzazzjonijiet kulturali tul ħamest ijiem ta’ attivitajiet għal kull età. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ma jkunx komplut mingħajr il-mistednin internazzjonali. Dis-sena l-KNK bi pjaċir se jilqa’ lir-rumanziera apprezzata ferm mir-Renju Unit Samantha Harvey, li se tkun qed titkellem dwar il-ktieb tagħha Orbital li bih rebħet il-Premju Booker, f’intervista li se ssirilha minn Loranne Vella l-Ġimgħa, 7 ta’ Novembru, fis-19:00. Stennija kbira wkoll għar-rumanzier eklettiku Amerikan Jeff VanderMeer, li se jmexxi masterclass dwar il-finzjoni immaġinattiva l-Ħamis, 6 ta’ Novembru, fis-19:00, kif ukoll se jkun intervistat is-Sibt, 8 ta’ Novembru. L-editriċi rebbieħa ta’ diversi premji Ann VanderMeer se tippreżenta sessjoni dwar kif taħdem ma’ edituri b’mod professjonali, imbagħad l-aġent letterarju mir-Renju Unit Simon Trewin se jaqsam mal-udjenza xi pariri tas-sengħa sabiex dak li jkun jimmassimizza ċ-ċansijiet tiegħu meta jidher f’xi katalgu bħalma hu l-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra tal-KNK. Il-viżitaturi għandhom jistennewhom għadd ta’ tnedijiet ta’ kotba ewlenin bil-Malti u bl-Ingliż, fosthom Es Sidr ta’ Omar N’Shea (Aphroconfuso) jew il-ktieb ta’ tifkiriet ta’ Romeo Roxman Gatt Qarn, kif ukoll qari live ta’ poeżija, diskussjonijiet madwar mejda, u ffirmar ta’ kotba minn bosta awturi kontemporanji Maltin. L-Illustration Annual 2025 tal-Malta Community of Illustrators (MCOI) se jitnieda bis-saħħa ta’ diskussjoni mmexxija minn APIV (Valencia) li se tħares lejn l-irwol tat-tixrik biex jissaħħu l-komunitajiet kreattivi. Għat-tfal u l-iskejjel Dis-sena saħħaħna l-ambizzjoni tagħna li nrawmu l-qari fit-tfal sa minn età ċkejkna, billi qed noffru €20 vawċer lil kull student tal-primarja u s-sekondarja. Aktar dettalji kif tapplika għall-vawċer minn hawnhekk. Bħalma jiġri kull sena, filgħodijiet fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għat-tfal u ż-żgħażagħ, b’sessjonijiet ta’ rakkuntar ta’ stejjer, workshops tal-illustrazzjoni, u xows teatrali mmirati għal etajiet varji. Fost l-oħrajn, ta’ min insemmu ColourVerse, workshop interattiv mill-MCOI u l-Faber-Castell; Frances & Ġorġ: Camp Make Believe minn The Wanderer’s Tome; u sessjonijiet ta’ qari inklussiv minn Inspire Malta fil-Kamra Sensorja – kamra għall-kwiet magħmula għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu, imwieżna minn APS Bank. Differenti mis-soltu mbagħad, did-darba l-addattamenti teatrali ta’ xogħlijiet letterarji se jkunu aċċessibbli għal kulħadd u mhux għat-tfal tal-iskola biss – b’erba’ xows ikkurati minn Simone Spiteri li se jittellgħu il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd darbtejn kull wieħed. Sir af aktar dwar dawn hawnhekk. Jirritornaw ukoll is-sessjonijiet tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu “Gost il-Qari” skont etajiet differenti minn 0 sa 12-il sena, kif ukoll iċ-ċerimonja tal-Promoturi tal-Qari li se tonora studenti li ġew nominati għall-passjoni li għandhom għall-qari u l-litteriżmu. Esebizzjonijiet u kollaborazzjonijiet L-edizzjoni tal-2025 tinkludi l-esebizzjoni From Illustration to Book, organizzata bi sħab mal-Kunsill Malti għall-Arti, li se jkollha esebit xogħol uħud mill-aħjar illustraturi u disinjaturi tal-kotba f’Malta. L-MCOI se tniedi Marka+Stampa, suq ġdid tal-artisti li jiffoka fuq iz-zines u l-ipprintjar bħala sengħa. L-esebizzjoni ESTRI se tlaqqa’ l-illustraturi mal-poeti bis-saħħa ta’ sketchbooks viżivi, u se tillumina d-djalogu bejn ix-xbihat u l-versi. Nassiguraw l-aċċessibbiltà Se jkun hemm biżżejjed spazju biex tipparkja fin-North Entrance tal-MFCC, u r-rotot 56, 186, u 202 tat-trasport pubbliku jwassluk hemmhekk ukoll. Il-viżitaturi mħeġġa jiċċekkjaw l-app Tallinja għall-aħħar aġġornamenti. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jseħħ mill-Erbgħa sal-Ħadd (5-9 ta’ Novembru) f’dawn il-ħinijiet: L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa: 9am-1pm, 5pm-9pm Is-Sibt: 10am-9pm Il-Ħadd: 10am-8pm Għall-programm sħiħ tal-attivitajiet u l-aħħar informazzjoni dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb żur is-sit, jew is-sit Facebook tal-KNK. SHARE POST Related Articles Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More view all similar news
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More