Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News • Other 20th December, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jinsab imnikket bil-mewt ta’ Alfred Palma, kittieb u traduttur prominenti fix-xena letterarja Maltija. Palma qaleb bosta mix-xogħlijiet ta’ Shakespeare għall-Malti, u fl-2021 ippubblika t-traduzzjoni tad-Divina Commedia (Klabb Kotba Maltin) ta’ Dante. Għal dan ix-xogħol, li ħadlu ħafna snin, tfaħħar kemm mill-kritiċi letterarji, mill-qarrejja, u anki mill-aġġudikanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fost unuri oħra, Palma rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 6 darbiet, l-aktar għat-traduzzjonijiet tiegħu, fosthom il-Premju Speċjali għall-Kontribut Siewi fil-Letteratura. Fl-2009 ngħata Ġieħ ir-Repubblika għall-kontribut tiegħu fil-qasam letterarju, u sentejn ilu ngħata t-titlu ta’ Cavaliere dell’Ordine della Stella d’Italia, digriet iffirmat mill-President Taljan Sergio Mattarella. Il-KNK iwassal l-għomor tiegħu lill-familjari, ħbieb, u qarrejja ta’ Alfred Palma. Ritratt ta’ Yvonne Aguis minn Meta. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More