Home / News / Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Back to News Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News • Other 25th August, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, għall-kotba ppubblikati fl-2025. Il-Premju – li l-ewwel edizzjoni tiegħu kienet fl-1971 – huwa l-ogħla ġieħ letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għal kotba ppubblikati f’Malta. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija se jitħabbru waqt ċerimonja speċjali fil-25 ta’ Settembru. Il-kotba rebbieħa se jingħataw promozzjoni fuq diversi mezzi, kif ukoll jiġu esebiti waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 li se jsir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru fl-MFCC, Ta’ Qali. Is-47 finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 intgħażlu unanimament minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti skont damma ta’ kriterji stabbiliti. Hemm 32 ktieb finalist f’sitt kategoriji ta’ kotba għall-adulti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u 15-il ktieb finalist fil-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Bejn dawn il-finalisti hemm 14-il pubblikatur u erba’ kittieba awtoppubblikati, 49 awtur, traduttur, editur u illustratur differenti. Seba’ illustraturi kkontribwew bl-illustrazzjonijiet tagħhom fil-kotba finalisti fil-kategoriji ta’ kotba għat-tfal u ż-żgħażagħ. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fih tmien kategoriji għall-adulti, li huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżija, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, il-Proża Fittizja Tradotta, ir-Riċerka, u r-Riċerka Storjografika, u seba’ kategoriji għal kotba tat-tfal u ż-żgħażagħ li jinkludu Kotba tal-Istampi għat-Tfal (etajiet 0-7), Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12), Letteratura Sportiva għat-Tfal u ż-Żgħażagħ (etajiet 8-16), Letteratura għaż-Żgħażagħ, Kotba tal-Istampi Tradotti għat-Tfal (etajiet 0-7), Kotba Tradotti għat-Tfal (etajiet 8-12), u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta. Dis-sena ma kien hemm l-ebda sottomissjoni għall-kategoriji l-oħra tal-Letteratura għaż-Żgħażagħ Tradotta u l-Letteratura Sportiva għat-Tfal u ż-Żgħażagħ (etajiet 8-16), kategorija ġdida li ddaħħlet dis-sena f’kollaborazzjoni ma’ Sport Malta. B’differenza mis-snin ta’ qabel, il-kategoriji kollha li rċivew sottomissjonijiet huma inklużi mal-finalisti. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni dis-sena beda fl-24 ta’ Frar 2026 bl-iċċekkjar u l-klassifikazzjoni tal-kotba kollha sottomessi sa tmiem il-perjodu tas-sottomissjonijiet fl-20 ta’ Frar. Meta ntemmet din l-ewwel fażi ta’ aġġudikazzjoni, total ta’ 163 ktieb eliġibbli ġew ikkonfermati li kienu qegħdin jikkompetu f’din l-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-lista ġiet ippubblikata fit-30 ta’ Marzu 2026. L-aġġudikanti esprimew entużjażmu dwar il-kwalità għolja fost is-sottomissjonijiet, b’mod speċjali fil-kategoriji tal-Poeżiji u n-Novelli, billi fil-kategorija tal-Poeżiji kien hemm eżempji tajbin ħafna ta’ esperimentazzjoni bl-istruttura u l-forma, filwaqt li fil-kategorija tan-Novelli, kien hemm sottomissjonijiet ta’ standard għoli permezz ta’ vuċijiet distinti u oriġinali. B’mod simili, fil-kategoriji tar-Riċerka u tal-Letteratura Mhux Fittizja kien hemm xogħlijiet varji ta’ perspettivi friski, li wħud minnhom kellhom ukoll livell għoli ta’ produzzjoni viżiva, filwaqt li ġie spjegat li x-xogħlijiet finalisti fil-kategoriji tal-Proża Fittizja u tat-Traduzzjoni kellhom livell tajjeb ta’ ambizzjoni letterarja, u kienu ta’ sinifikat kulturali u letterarju ċar fil-lingwa Maltija. Madankollu, filwaqt li l-kategorija tar-Rumanzi kellha xogħlijiet b’saħħithom li sabu posthom mal-finalisti, maġġoranza inkwetanti ta’ xogħlijiet sottomessi inkludew karattri neqsin minn profondità psikoloġika u motivazzjonijiet ċari għall-aġir tagħhom (“l-avvenimenti jiġru sempliċiment biex jiġru, l-affarijiet jintqalu sempliċiment biex jintqalu”), filwaqt li xi xogħlijiet miktubin bl-Ingliż ma kellhomx ħakma idjomatika u naturali tal-lingwa. Dan il-kumment intqal ukoll dwar xi sottomissjonijiet bl-Ingliż fil-kategoriji tan-Novelli u l-Poeżija. L-aġġudikanti għamlu wkoll aċċenn għall-użu tal-IA f’wieħed mit-testi fil-kategorija tar-Rumanzi, kif ukoll f’kotba sottomessi fil-kategorija ta’ 0-7 snin għall-Premju għall-Kotba għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Dan irriżulta f’xogħlijiet ripetittivi u ġeneriċi żżejjed. Abbażi ta’ feedback simili mill-aġġudikazzjoni fl-edizzjonijiet preċedenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, kif ukoll imwieżen mill-involviment kontinwu tiegħu mal-imsieħba, il-KNK se jkompli għaddej bl-isforzi tiegħu sabiex isaħħaħ is-settur letterarju Malti permezz ta’ għadd ta’ inizjattivi, kif iddikjarat ukoll fil-Viżjoni Strateġika għal Ħames Snin għall-2025-2030. Din is-sena stess, il-Kunsill offra korsijiet prestiġjużi online bla ħlas dwar l-editjar letterarju u dwar il-kitba tar-rumanzi, li mill-ewwel ġibdu ħafna interess mingħand edituri u kittieba lokali. Sal-2027, il-KNK għandu l-intenzjoni li jifformalizza bis-sħiħ il-pożizzjoni tiegħu fuq l-użu tal-IA, li se tapplika għall-inizjattivi u l-konkorsi kollha li jorganizza. Il-maġġoranza sħiħa tal-kotba finalisti fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huma disponibbli fil-ħwienet tal-kotba lokali u online, u se jkunu disponibbli fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 (4-8 ta’ Novembru) li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali. Għal aktar tagħrif dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 u l-inizjattivi kollha tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, segwina fuq Facebook jew żur www.ktieb.org.mt Il-lista sħiħa ta’ kotba finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 tista’ tiġi aċċessata minn hawnhekk, jew fil-listi t’hawn taħt Rumanzi Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Sunset ExilesM.J. CamilleriMerlin Publishers Fis-sema hekkda fl-artDavid AloisioMerlin Publishers Eħlisna mid-deniKarl SchembriMerlin Publishers KultDaniel SchembriAwtoppubblikat / Self-published Novelli Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Ah!Immanuel MifsudKlabb Kotba Maltin Is-sajf mhux għat-tfalLon KirkopMerlin Publishers Miti Maltin Monstri U KreaturiRowena GrechKlabb Kotba Maltin Il-Ġeografija tal-Irmied u l-ĠwienaħMurad ShubertKlabb Kotba Maltin Doqqli, Doqqli Ħa Tferraħni u Stejjer OħraReno BorgKite Group Poeżiji Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Poetry MapsMatthew Schembri (ed.)Awtoppubblikat / Self-published Ix-xita tinżel rasha ‘l isfelFrancesco GrechMerlin Publishers dahri darekKlara VassalloAwtoppubblikat / Self-published Unsilenced: Poems for PalestineJohn P. PortelliHorizons Lemonade Mariella CamilleriKotba Calleja Drammi Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Il-Każin tal-ImqarbinLuke SaydonSaydon Studio sitt ġrajjiet u naqra għala spiċċajna (kif spiċċajna)Leanne EllulMerlin Publishers Proża Fittizja Tradotta Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Isem il-Warda (Umberto Eco)Adrian StivalaKlabb Kotba Maltin Meta Ġej? (Iris Wolff)Alfred ScalpelloHorizons Milarepa (Éric-Emmanuel Schmitt)Toni AquilinaFaraxa Publishing Luċjanu: Stejjer Veri (ta’ Luċjanu minn Samosata)Carmel Serracino; Andrew Debono CauchiKlabb Kotba Maltin Letteratura Mhux Fittizja Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Diplomat by DestinyGeorge SalibaSKS Publishers Antoloġija 2Loranne Vella u Joe Gatt (editors)Aphroconfuso QarnRomeo Roxman GattAphroconfuso WrinklesPaul CaruanaMidsea books Riċerka Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Mapping a Moral Consensus: Calibrating an Ethical Compass for the FutureRaymond Zammit; Stefan AttardKIte Group Studies in Maltese Regulation: Consumer ProtectionDavid FabriMidsea Books The Malta Royal Opera House Power, Culture, and the StageVicki Ann CremonaKite Group; Fondazzjoni Patrimonju Malti Casa Manresa in Floriana: A House of FormationNicholas Joseph Doublet (editor)Arċidjoċesi ta’ Malta; Kite Group Riċerka Storjografika Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Titles to Talkies: An Incomplete History of Film Culture & Industry in Malta – The First Fifty YearsCharlie CauchIFondazzjoni Patrimonju Malti 25 for 25 – Heirlooms for PosterityCharles J. Farrugia; George Cassar; Evelyn Pullicino (editors)The Friends of the National Archives of Malta A Mediterranean History of Modern Art Volume 1: Tension between History and MetahistoryGiuseppe Schembri BonacIHorizons 100 Years of Photography in Malta (1839-1939)Charles Paul AzzopardiMidsea Books Kotba għat-Tfal (Etajiet 0–7) Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Kalzetti u furfiċettiLeanne Ellul, Mark Scicluna (ill.)Merlin Publishers Great Ideas Start SomewhereRebekah Kamsky, Irina Drazhina (ill.)Awtoppubblikat / Self Published Tales from San Anton Gardens: The Garden and IFrancesca Tabone, Naomi Gatt (ill.)Faraxa Publishing Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12) Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Milied Aħdar f’Ħal MiżwedDavid Aloisio, Louiselle SciberrasHorizons Is-sħaħar ta’ Petut 4: Minċott ħajt aħdarClare Azzopardi, Deandra Scicluna (ill.)Merlin Publishers Kaħlani: Skoss pożi u karamboliClare Azzopardi; Leanne Ellul, Romont Willy (ill.)Merlin Publishers Dawra mad-dinjaChristine Ciappara, Naomi Gatt (ill.)Merlin Publishers It-Tieni Gwerra Dinjija: il-kunflitt li biddel lil MaltaChilion Mangion, Kimberly Azzopardi (ill.)Heritage Malta Publishing Letteratura għaż-Żgħażagħ Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher The AstromegasMarcus AzzopardiKotba Calleja L-Ifirsa tal-Mejda t-TondaNorman C. BorgHorizons Ta’ Taħt Fuq: Il-Missjoni tal-MostruMatthew SchembriMerlin Publishers be;n il-kmiemLeanne EllulMerlin Publishers Kotba tal-Istampi Tradotti għat-Tfal (etajiet 0-7) Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Lupettin iżur razzett (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier)Clare AzzopardiMerlin Publishers Lupu Lupettu jħobb id-dinosawri (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier)Clare AzzopardiMerlin Publishers Kotba Tradotti għat-Tfal (etajiet 8-12) Isem il-Ktieb Book TitleAwtur AuthorPubblikatur Publisher Malvarina: Irrid insir saħħara (Susanna Isern, Laura Proietti)Clare AzzopardiMerlin Publishers SHARE POST Related Articles Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More view all similar news
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More