Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News • Other 5th March, 2025 Folja ġdida għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), hekk kif għadna kif ħabbarna identità viżiva ġdida bħala parti minn pjan usa’, li fost l-oħrajn jinkludi sit totalment ġdid. Dan il-pass idaħħal lill-Kunsill f’era ġdida li se tgħinu jirfina l-missjoni tiegħu u jkompli jippromwovi l-Letteratura Maltija kemm f’Malta u anki internazzjonalment. L-aċċessibbiltà, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà huma fil-qalba tal-proċess. Ir-rebrand sar b’ħidma ma’ Concept Stadium, u l-logo l-ġdid juri b’mod eleganti kotba mpoġġija fuq xulxin bħala tfakkira liema prinċipji jiggwidaw lill-KNK f’xogħlu. Il-Manager tal-Marketing tal-KNK, Teodor Reljić, qal, “Bħala l-entità ewlenija li tirrappreżenta lill-industrija f’Malta, il-KNK kburi li dejjem kellu sehem importanti fl-ekosistema kulturali Maltija, u allura identità viżiva b’saħħitha postha fil-bagalja ta’ riżorsi li għandna”. Id-dehra l-ġdida tal-KNK tidher bl-aħjar mod fis-sit il-ġdid tiegħu, li tnieda dil-ġimgħa wkoll biex ikompli fl-istess vena tar-rebranding. Is-sit ġie kkreat b’ħidma ma’ 9HDigital, b’ritratti ġodda meħuda mill-fotografu Nathan Camilleri, u l-għan tiegħu hu li jtejjeb l-esperjenza tal-utenti b’navigazzjoni aktar ċara, disinn sempliċi, u aċċessibbiltà mħeffa. Minkejja li nżamm grad ta’ kontinwità u familjarità ma’ dak li kien hemm qabel, is-sit il-ġdid itejjeb fuq ta’ qablu b’mod li ma jinħassux skossi f’dit-tranżizzjoni, u għalhekk l-esperjenza tal-browsing tiġġedded. L-utenti se jkunu jistgħu jinnavigaw b’aktar ħeffa d-dettalji dwar il-konkorsi u l-inizjattivi varji tal-KNK, fost l-oħrajn għall-fatt li ċerta informazzjoni relatata mal-istorja u l-parteċipanti tagħhom se tibda tkun aktar fejn tidher. Ġew rijorganizzati ċerti sezzjonijiet relatati mal-midja, il-pubblikazzjonijiet tal-KNK u r-riżorsi sabiex ċertu materjal relatat mal-kultura letterarja Maltija l-pubbliku jkun jista’ jaċċessah mill-ewwel. Dan it-tip ta’ materjal ħafna drabi kien ikkreat mill-KNK fil-passat u issa ġie arkivjat. Wara dal-pass issa jmiss il-pubblikazzjoni tad-dokument tal-Istrateġija fuq Ħames Snin, li se jmexxina bejn l-2025 u l-2030. Ir-rebranding u s-sit il-ġdid huma biss twittija tat-triq li se twassalna għal din il-fażi importanti għall-mod kif se nibdew noperaw fis-snin li ġejjin. SHARE POST Related Articles Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More