Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2022, għal kotba ppubblikati fl-2021.

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb issa jinsab fil-45 edizzjoni tiegħu, u huwa l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi, u illustraturi. Iservi wkoll bħala pjattaforma u gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta s-sena ta’ qabel. Il-lista ntgħażlet minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti maħtur mill-KNK skont damma ta’ kriterji stabbiliti.

Il-lista tal-2022 fiha 63 ktieb minn 199 xogħol eliġibbli li ġew sottomessi sat-28 ta’ Marzu 2022; 43 ktieb għamluha mal-finalisti fi tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, filwaqt li l-20 l-oħra huma finalisti f’sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Il-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżiji, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dawk tal-Premju Terramaxka huma x-Xogħlijiet Oriġinali għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u l-Letteratura għaż-Żgħażagħ, u Xogħol Maqlub għall-Malti għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta.

Bosta mill-kotba finalisti jidwu l-ġrajjiet u d-dibattiti kurrenti fil-pajjiż, mhux l-inqas dawk fil-kategorija tar-Rumanzi, ngħidu aħna l-possibiltà ta’ gwerra f’Lou Drofenik, Toni Sant, u Aleks Farrugia. Il-lista estensiva ta’ kotba fin-Novelli turi kemm hu popolari dal-ġeneru kemm mal-kittieba kif ukoll mal-qarrejja, u l-istess jista’ jingħad għan-numru dejjem jikber ta’ traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet minn madwar id-dinja lejn il-Malti. Hemm rappreżentazzjoni tajba fix-xogħol mhux fittizju, u l-kategoriji tar-riċerka jkomplu t-tradizzjoni ta’ lista twila u mħawra b’suġġetti Melitensia, urbaniżmu, u l-arti u l-istorja tagħha, fost oħrajn.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomisjonijiet eliġibbli. Ir-rebbieħa jintgħażlu fix-xhur li ġejjin u jitħabbru waqt ċerimonja fl-4 ta’ Novembru.

Il-kotba finalisti kollha jinsabu għall-bejgħ mingħand bejjiegħa lokali jew minn ħwienet online, u se jkunu disponibbli wkoll waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 (23-27 ta’ Novembru) fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022 jew inizjattivi oħra tal-KNK segwuna fuq Fecbook jew żuru www.ktieb.org.mt 

Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

Rumanzi

Awtur/Editur
Author/Editor
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Aleks FarrugiaCamerata!SKS Publishers
Lou DrofenikBig Oak on Little MountainHorizons
Toni SantVarjetà: L-Istorja Kważi Vera tal-Kumpanija Stage CommandosKlabb Kotba Maltin
Tyrone GrimaFrammentiMerlin Publishers

Novelli

Awtur
Author
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Stephen LughermoĊelel bla ĦitanHorizons
Alex MizziTalb għax-XitaKlabb Kotba Maltin
Charles CashaDisgħin MinutaKlabb Kotba Maltin
Rita SalibaMinn taħt l-IlsienKlabb Kotba Maltin
Ġorġ Mallia (ed.)Il-Ħamsin : 24 Awtur, 24 Storja, in-numru 50Klabb Kotba Maltin
Keith BorgIl-Parabboli tal-ImġienenMerlin Publishers
Nadia MifsudŻifna f'Xifer IrdumMerlin Publishers
Steve BorgTad-Demm u l-LaħamKlabb Kotba Maltin

Poeżija

Awtur
Author
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Nadia MifsudVarjazzjonijiet tas-SkietEde Books
Norbert BugejaInsa li Mhijiex HawnKlabb Kotba Maltin
Matthew SchembriĦassartekMatthew Schembri
Richard EnglandCainKite Group

Drama

Awtur
Author
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Vincent VellaGetting in the WayHorizons
Alfred ButtigiegL-InterrogazzjoniTeatru Malta

Letteratura mhux Fittizja

Awtur
Author
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Alfred SantConfessions of a European Maltese: The Middle Years, 1975-1992SKS Publishers
Joseph R. GrimaMemories from the Front Line: Five Decades of Service to the Country (1965-2005)Midsea Books

Traduzzjoni

Traduttur
Translator
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Alfred PalmaId-Divina Commedia (Dante Alighieri )Klabb Kotba Maltin
Alfred PalmaIn-Nisa Ferrieħa ta' Windsor (William Shakespeare)Alfred Palma
Charles FloresKwarantina (Jim Crace)Horizons
Jean Paul BorgDamasku Tiegħi (Suad Amiry)Klabb Kotba Maltin
Paul MizziIl-Patt il-ĠdidDar tal-Pubblikazzjoni Qum
Claudine BorgKunċert b'Tifkira ta' Anġlu (Éric-Emmanuel Schmitt)Faraxa Publishing
Mary Rose MifsudAnne Frank: Id-Djarju ta’ Tfajla Edizzjoni Definittiva (Anne Frank)Faraxa Publishing
Clare VassalloVespersMerlin Publishers
Francesco Pio AttardFratelli Tutti (Papa Franġisku)Reliġjon u Ħajja

Riċerka Ġenerali

Awtur
Author
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Maroma Camilleri, Mevrick Spiteri (eds.)Cities, Harbours and Artefacts: Transformations of an Early Modern Landscape. Proceedings of the Public Lecture Series 2018-2019 Urban Landscapes held at the National Library of Malta, VallettaMalta Libraries
Giuseppe Schembri BonaciJosef Kalleya and Dante: A Child's Tormented Soul in Paradise Vol. 1Horizons
Giuseppe Schembri BonaciJosef Kalleya and Dante: A Child's Tormented Soul in Paradise Vol. 2Horizons
Mark SagonaInternational Perspectives on the Decorative Arts: Nineteenth-Century MaltaMidsea Books
Conrad ThakeArt Nouveau To Modernism : Architecture in Malta 1910-1950Kite Group
Matty CremonaDinner in Malta in a Series of Vignettes 1530-1930Midsea Books
Mevrick SpiteriThe Houses of Baroque Valletta 1650-1750. Property Redevelopment from Records of the Officio delle Case: Socio-economic Reflections on Civil BuildingsMidsea Books
David CardonaRoman Architecture in MaltaHeritage Malta Publishing
Manwel Debono, Godfrey Baldacchino (eds.)Working Life and the Transformation of Malta 1960-2020Malta University Press
Andrew BorgIl-Ktieb ta' San Ġużepp : Ġabra ta' StudjiDeer Publications

Riċerka Bijografika u Storjigrafika

Awtur
Author
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Michael RefaloAmong Others. The Maltese in Egypt: Life, Crime and Death (1860s-1923)Kite Group
Mark MontebelloThe Tail That Wagged the Dog: The Life and Struggles of Dom Mintoff 1916-2012SKS Publications
Jessica MuscatThe Darmanin Artists: Decorative Marble Production for the British EmpireKite Group
Victor AquilinaChurchill, Malta and GibraltarKite Group

Il-Premju Terramaxka 2022: Kotba 2021

Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin

Awtur/Illustratur
Author/Illustrator
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Doris Schembri, Elaine R.C. Saliba (ill.)Inpinġi bl-Imqas ma' Henri MatisseFaraxa Publishing
Auntie Sab, Emma Galea Naudi (ill.)Ride the FeelingMerlin Publishers

Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena

Awtur/Illustratur
Author/Illustrator
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Audrey Friggieri, Marisa Attard (ill.)Ruby u l-Kaxxa bil-ButtuniHorizons
Claudia Aloisio, Greta Borg Carbott (ill.)Il-Pupa tax-XelterKlabb Kotba Maltin
Immanuel Mifsud, Maja Veselinović (ill.)Paramm Paramm: Ktieb għall-Bravi u l-ImqarbinKlabb Kotba Maltin
Dunstan HamiltonX'se Jagħmel Joe?Anzjanita' Attiva u Kura fil-Komunita'
Maria Borg Cremona, Carmel Busuttil, Matt Stroud (ill.)Vjaġġ bil-BallunHorizons
Kenneth Gauci, Amy Sultana (ill.)In-Nanna Se u l-Brimba SultanaBDL Publishing
Clare Azzopardi, Leanne Ellul, Romont Willy (ill.)Il-Fatat KaħlaniMerlin Publishers
Leanne Ellul, Stephanie Bugeja, Alice Samuel (ill.)Mila u l-Iljun ir-RieqedMerlin Publishers

Letteratura għaż-Żgħażagħ

Awtur/Illustratur
Author/Illustrator
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Jacqueline MizziNoti BluHorizons
Clare Azzopardi, Naomi Gatt (ill.)#noħlomlixidarbaServizzi Ewropej f'Malta (SEM)
John A. Bonello, Francesca Grech (ill.)Irvin Vella: Il-Każ tat-Tfajla MaħtufaMerlin Publishers

Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin

Traduttur
Translator
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Claudia GauciKelb Jismu Wuff (Clare Smedley, Romont Willy ill.)Merlin Publishers
Clare AzzopardiMustaċċi Jivvintahom (Armelle Renoult, Mélanie Grandgirard ill.)Merlin Publishers
Clare AzzopardiAkiko: Qattus Unikornu b'Missjoni (Béatrice Ruffié, Ophélie Ortal ill.)Merlin Publishers
Clare AzzopardiKapt'n Fsied u l-Kaxxa tal-Ikel (Julien Hervieux, Luke Séguin-Magee ill.)Merlin Publishers

Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena

Traduttur
Translator
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Noel TantiVrumm! L-Istorja tal-Karozzi (Michał Leśniewski, Maciej Szymanowicz ill.)Merlin Publishers
Clare Azzopardi, Leanne EllulAlice fl-Art tal-Għeġubijiet (Lewis Carol, Carlo Scataglini)Merlin Publishers

Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta

Traduttur
Translator
Titlu tal-ktieb
Book title
Pubblikatur
Publisher
Dwayne Ellul (trad.)Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda Ħamra (ta' Irene Adler, Iacopo Bruno ill.)Merlin Publishers

Share Article