Home / News / Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2022 – jitħabbru l-finalisti back to news Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2022 – jitħabbru l-finalisti Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 26th July, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2022, għal kotba ppubblikati fl-2021. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb issa jinsab fil-45 edizzjoni tiegħu, u huwa l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi, u illustraturi. Iservi wkoll bħala pjattaforma u gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta s-sena ta’ qabel. Il-lista ntgħażlet minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti maħtur mill-KNK skont damma ta’ kriterji stabbiliti. Il-lista tal-2022 fiha 63 ktieb minn 199 xogħol eliġibbli li ġew sottomessi sat-28 ta’ Marzu 2022; 43 ktieb għamluha mal-finalisti fi tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, filwaqt li l-20 l-oħra huma finalisti f’sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Il-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżiji, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dawk tal-Premju Terramaxka huma x-Xogħlijiet Oriġinali għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u l-Letteratura għaż-Żgħażagħ, u Xogħol Maqlub għall-Malti għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta. Bosta mill-kotba finalisti jidwu l-ġrajjiet u d-dibattiti kurrenti fil-pajjiż, mhux l-inqas dawk fil-kategorija tar-Rumanzi, ngħidu aħna l-possibiltà ta’ gwerra f’Lou Drofenik, Toni Sant, u Aleks Farrugia. Il-lista estensiva ta’ kotba fin-Novelli turi kemm hu popolari dal-ġeneru kemm mal-kittieba kif ukoll mal-qarrejja, u l-istess jista’ jingħad għan-numru dejjem jikber ta’ traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet minn madwar id-dinja lejn il-Malti. Hemm rappreżentazzjoni tajba fix-xogħol mhux fittizju, u l-kategoriji tar-riċerka jkomplu t-tradizzjoni ta’ lista twila u mħawra b’suġġetti Melitensia, urbaniżmu, u l-arti u l-istorja tagħha, fost oħrajn. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomisjonijiet eliġibbli. Ir-rebbieħa jintgħażlu fix-xhur li ġejjin u jitħabbru waqt ċerimonja fl-4 ta’ Novembru. Il-kotba finalisti kollha jinsabu għall-bejgħ mingħand bejjiegħa lokali jew minn ħwienet online, u se jkunu disponibbli wkoll waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 (23-27 ta’ Novembru) fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali. Għal aktar informazzjoni dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022 jew inizjattivi oħra tal-KNK segwuna fuq Fecbook jew żuru www.ktieb.org.mt Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022 Rumanzi Awtur/Editur Author/EditorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Aleks FarrugiaCamerata!SKS Publishers Lou DrofenikBig Oak on Little MountainHorizons Toni SantVarjetà: L-Istorja Kważi Vera tal-Kumpanija Stage CommandosKlabb Kotba Maltin Tyrone GrimaFrammentiMerlin Publishers Novelli Awtur AuthorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Stephen LughermoĊelel bla ĦitanHorizons Alex MizziTalb għax-XitaKlabb Kotba Maltin Charles CashaDisgħin MinutaKlabb Kotba Maltin Rita SalibaMinn taħt l-IlsienKlabb Kotba Maltin Ġorġ Mallia (ed.)Il-Ħamsin : 24 Awtur, 24 Storja, in-numru 50Klabb Kotba Maltin Keith BorgIl-Parabboli tal-ImġienenMerlin Publishers Nadia MifsudŻifna f'Xifer IrdumMerlin Publishers Steve BorgTad-Demm u l-LaħamKlabb Kotba Maltin Poeżija Awtur AuthorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Nadia MifsudVarjazzjonijiet tas-SkietEde Books Norbert BugejaInsa li Mhijiex HawnKlabb Kotba Maltin Matthew SchembriĦassartekMatthew Schembri Richard EnglandCainKite Group Drama Awtur AuthorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Vincent VellaGetting in the WayHorizons Alfred ButtigiegL-InterrogazzjoniTeatru Malta Letteratura mhux Fittizja Awtur AuthorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Alfred SantConfessions of a European Maltese: The Middle Years, 1975-1992SKS Publishers Joseph R. GrimaMemories from the Front Line: Five Decades of Service to the Country (1965-2005)Midsea Books Traduzzjoni Traduttur TranslatorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Alfred PalmaId-Divina Commedia (Dante Alighieri )Klabb Kotba Maltin Alfred PalmaIn-Nisa Ferrieħa ta' Windsor (William Shakespeare)Alfred Palma Charles FloresKwarantina (Jim Crace)Horizons Jean Paul BorgDamasku Tiegħi (Suad Amiry)Klabb Kotba Maltin Paul MizziIl-Patt il-ĠdidDar tal-Pubblikazzjoni Qum Claudine BorgKunċert b'Tifkira ta' Anġlu (Éric-Emmanuel Schmitt)Faraxa Publishing Mary Rose MifsudAnne Frank: Id-Djarju ta’ Tfajla Edizzjoni Definittiva (Anne Frank)Faraxa Publishing Clare VassalloVespersMerlin Publishers Francesco Pio AttardFratelli Tutti (Papa Franġisku)Reliġjon u Ħajja Riċerka Ġenerali Awtur AuthorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Maroma Camilleri, Mevrick Spiteri (eds.)Cities, Harbours and Artefacts: Transformations of an Early Modern Landscape. Proceedings of the Public Lecture Series 2018-2019 Urban Landscapes held at the National Library of Malta, VallettaMalta Libraries Giuseppe Schembri BonaciJosef Kalleya and Dante: A Child's Tormented Soul in Paradise Vol. 1Horizons Giuseppe Schembri BonaciJosef Kalleya and Dante: A Child's Tormented Soul in Paradise Vol. 2Horizons Mark SagonaInternational Perspectives on the Decorative Arts: Nineteenth-Century MaltaMidsea Books Conrad ThakeArt Nouveau To Modernism : Architecture in Malta 1910-1950Kite Group Matty CremonaDinner in Malta in a Series of Vignettes 1530-1930Midsea Books Mevrick SpiteriThe Houses of Baroque Valletta 1650-1750. Property Redevelopment from Records of the Officio delle Case: Socio-economic Reflections on Civil BuildingsMidsea Books David CardonaRoman Architecture in MaltaHeritage Malta Publishing Manwel Debono, Godfrey Baldacchino (eds.)Working Life and the Transformation of Malta 1960-2020Malta University Press Andrew BorgIl-Ktieb ta' San Ġużepp : Ġabra ta' StudjiDeer Publications Riċerka Bijografika u Storjografika Awtur AuthorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Michael RefaloAmong Others. The Maltese in Egypt: Life, Crime and Death (1860s-1923)Kite Group Mark MontebelloThe Tail That Wagged the Dog: The Life and Struggles of Dom Mintoff 1916-2012SKS Publications Jessica MuscatThe Darmanin Artists: Decorative Marble Production for the British EmpireKite Group Victor AquilinaChurchill, Malta and GibraltarKite Group Il-Premju Terramaxka 2022: Kotba 2021 Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin Awtur/Illustratur Author/IllustratorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Doris Schembri, Elaine R.C. Saliba (ill.)Inpinġi bl-Imqas ma' Henri MatisseFaraxa Publishing Auntie Sab, Emma Galea Naudi (ill.)Ride the FeelingMerlin Publishers Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena Awtur/Illustratur Author/IllustratorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Audrey Friggieri, Marisa Attard (ill.)Ruby u l-Kaxxa bil-ButtuniHorizons Claudia Aloisio, Greta Borg Carbott (ill.)Il-Pupa tax-XelterKlabb Kotba Maltin Immanuel Mifsud, Maja Veselinović (ill.)Paramm Paramm: Ktieb għall-Bravi u l-ImqarbinKlabb Kotba Maltin Dunstan HamiltonX'se Jagħmel Joe?Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunita' Maria Borg Cremona, Carmel Busuttil, Matt Stroud (ill.)Vjaġġ bil-BallunHorizons Kenneth Gauci, Amy Sultana (ill.)In-Nanna Se u l-Brimba SultanaBDL Publishing Clare Azzopardi, Leanne Ellul, Romont Willy (ill.)Il-Fatat KaħlaniMerlin Publishers Leanne Ellul, Stephanie Bugeja, Alice Samuel (ill.)Mila u l-Iljun ir-RieqedMerlin Publishers Letteratura għaż-Żgħażagħ Awtur/Illustratur Author/IllustratorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Jacqueline MizziNoti BluHorizons Clare Azzopardi, Naomi Gatt (ill.)#noħlomlixidarbaServizzi Ewropej f'Malta (SEM) John A. Bonello, Francesca Grech (ill.)Irvin Vella: Il-Każ tat-Tfajla MaħtufaMerlin Publishers Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin Traduttur TranslatorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Claudia GauciKelb Jismu Wuff (Clare Smedley, Romont Willy ill.)Merlin Publishers Clare AzzopardiMustaċċi Jivvintahom (Armelle Renoult, Mélanie Grandgirard ill.)Merlin Publishers Clare AzzopardiAkiko: Qattus Unikornu b'Missjoni (Béatrice Ruffié, Ophélie Ortal ill.)Merlin Publishers Clare AzzopardiKapt'n Fsied u l-Kaxxa tal-Ikel (Julien Hervieux, Luke Séguin-Magee ill.)Merlin Publishers Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena Traduttur TranslatorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Noel TantiVrumm! L-Istorja tal-Karozzi (Michał Leśniewski, Maciej Szymanowicz ill.)Merlin Publishers Clare Azzopardi, Leanne EllulAlice fl-Art tal-Għeġubijiet (Lewis Carol, Carlo Scataglini)Merlin Publishers Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta Traduttur TranslatorTitlu tal-ktieb Book titlePubblikatur Publisher Dwayne Ellul (trad.)Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda Ħamra (ta' Irene Adler, Iacopo Bruno ill.)Merlin Publishers SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More