
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika bi pjaċir il-lista tal-kotba finalisti għall- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021.
Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Terramaxka 2021 intgħażlu minn bord tal-aġġudikazzjoni indipendenti u l-lista tagħhom isservi bħala gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba kollha, mis-siti tal-pubblikaturi fuq l-internet, u mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 (3-7 ta’ Novembru), li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali.
Il-lista tal-2021 fiha 62 ktieb minn 154 li ġew sottomessi; 46 ktieb għamluha mal-finalisti f’seba’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, filwaqt li s-16 l-oħra huma finalisti tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Minn dis-sena l-kategorija tat-Traduzzjoni twessgħet biex leqgħet xogħlijiet ta’ letteratura mhux fittizja, poeżija, u drama, kf ukoll xogħlijiet ta’ finzjoni bħal qabel. Il-kategorija tal-Poeżija reġgħet ingħaqdet biex leqgħet fiha ġabriet bil-Malti u bl-Ingliż.
Il-kategoriji uffiċjali tal-Premju Nazzjonal tal-Ktieb jinfirxu minn dawk letterarji għal oħrajn ta’ riċerka, fosthom ir-Rumanzi, il-Poeżija, in-Novelli, it-Traduzzjoni, u n-Novelli. Din tal-aħħar dis-sena ssorr ismijiet stabbiliti bħal Trevor Żahra u Joe Friggieri, iżda magħhom hemm jikkompetu Rita Saliba, Joe Camilleri, u r-rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2020 Lara Calleja. Bħalma jiġri kull sena, iż-żewġ kategoriji tar-riċerka, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika, isorru l-akbar għadd ta’ finalisti, b’kotba ta’ preġju li jkopru minn suġġetti ta’ Melitensia sa oħrajn. Il-kategorija tad-Drama ma kellhiex sottomissjonijiet. Ma ntgħażlux finalisti fil-kategorija tax-Xogħlijiet Oriġinali għall-Adolexxenti (etajiet 13-16) tal-Premju Terramaxka, filwaqt li l-kategorija tax-Xogħlijiet Maqlubin għall-Malti (etajiet 13-16) ma kellhiex kotba sottomessi.
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomisjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021. Imbagħad il-finalisti ġew ikkomunikati lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fis-26 ta’ Lulju.
Il-bord tal-aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, kif ukoll tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti qabel ma dawn tal-aħħar jitħabbru waqt ċerimonja li tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 it-Tlieta 2 ta’ Novembru. Imbagħad ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 jitħabbru waqt ċerimonja oħra f’Diċembru.
Għal aktar aġġornamenti rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2021 segwi l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u l-websajt.
Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021: kotba ppubblikati fl-2020
Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Editur // Author/Editor | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Tlettax | Kenneth Caruana | Horizons |
In-Nar Għandu Isem: Noti minn Paġna Intima | Gioele Galea | Horizons |
Novelli bil-Malti u bl-Ingliż
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Editur // Author/Editor | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Kissirtu Kullimkien | Lara Calleja | Merlin Publishers |
Mużajċi tat-Tafal | Joe Camilleri | Horizons |
Widnet il-Baħar u Stejjer Oħra | Joe Friggieri | Kite Group |
MittKelma | Rita Saliba | Klabb Kotba Maltin |
Sempreviva | Trevor Żahra | Merlin Publishers |
Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Editur // Author/Editor | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Tgħanniq Ieħor: Poeżiji mill-Iżolament | Kit Azzopardi, Simone Ingauenez, John P. Portelli (eds.) | Horizons |
L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla | Leanne Ellul | Merlin Publishers |
Imkien għall-Kenn: Poeżiji | John P. Portelli | Horizons |
Megalomanija Perversa: Poeżiji | Justin Schembri | Horizons |
L-Ambjent li Qeridna: Poeżiji (2017-2020) | Carmel Scicluna | Horizons |
Drama bil-Malti u bl-Ingliż
Ma kienx hemm sottomisjonijiet
Traduzzjoni
Titlu tal-ktieb // Title of book | Traduttur // Translator | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Il-Waqgħa (Albert Camus) | Toni Aquilina | Faraxa Publishing |
Ħija Jiġri wara d-Dinosawri (Giacomo Mazzariol) | Ludvic Azzopardi Ferrando | Merlin Publishers |
Otello (William Shakespeare) | Alfred Palma | Alfred Palma |
Siġar (Hermann Hesse) | Terence Portelli | Klabb Kotba Maltin |
L-Aħħar Sajf ta' Berlin (Federico Buffa, Paolo Frusca) | Mark Vella | Merlin Publishers |
Mix-Xaqliba ta' Dar Swann – Ismijiet ta' Pajjiżi: L-Isem (Marcel Proust) | Paul Zahra | Paul Zahra |
Letteratura Mhux Fittizja
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Editur // Author/Editor | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Sejjieħ il-Ħsieb: Limitu u Ħelsien | John Baldacchino | Klabb Kotba Maltin |
The Strings of Fate | Ricky Caruana | Ricky Caruana |
Justice for Daphne is Justice for Our Right to Know: The Book of the Art Installation | Alessandra Dee Crespo (cur.) | Midsea Books |
Daniel Holmes: A Memoir from Malta's Prison: From a Cage, on a Rock, in a Puddle... | Daniel Holmes | Lovin Malta |
Jien - Noti - Jien: Ħsejjes u Stejjer | Immanuel Mifsud, Toni Sant | Klabb Kotba Maltin |
Riċerka ta’ Natura Ġenerali
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Editur // Author/Editor | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Bil-Kelma t-Tajba: Prinċipji u Kreattività fil Pedagoġija tal-Lingwa | Antoinette Camilleri Grima | Klabb Kotba Maltin |
Tourism and the Maltese Islands: Observations, Reflections and Proposals | George Cassar, Marie Avellino | Kite Group |
L-Ekonomija f'Ilsien ix-Xjenza u l-Filosofija | John A. Consiglio | Faraxa Publishing |
Is-Sessiżmu fil-Lingwa Maltija | George Farrugia (ed.) | Klabb Kotba Maltin, L-Akkademja tal-Malti |
The Spazju Kreattiv Art Collection | Toni Sant | Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività |
The Beheading of Ignez: Katabasis, Ezra Pound and Three Maltese Artists | Giuseppe Schembri Bonaci | Horizons |
APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2020 – Regaining a Paradise Lost: The Role of the Arts | Giuseppe Schembri Bonaci, Nikki Petroni | Mdina Cathedral Museum, APS Bank, APS Mdina Biennale |
Riċerka Bijografika u Storjografika
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Editur // Author/Editor | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Ta' Ġieżu Crucifix: Faith - History - Iconography - Conservation | Christian Attard (ed.) | Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss, Il-Belt Valletta |
Ta' Liesse: Malta's Waterfront Shrine for Mariners | Giovanni Bonello (ed.) | Miller Distributors Ltd. |
Dellijiet Jgħajtu fir-Ras: Mario Azzopardi: Poeżija, Narrattiva u Kummiedja Soċjali | Charles Briffa | Horizons |
Ruħu Dejjem Tfittex: Charles Casha: Mgħallem Għalliel | Charles Briffa | Klabb Kotba Maltin |
Maltese Migration in Tunisian Coastal Towns (1836-1844) | Arnold Cassola | Morrone Editore |
San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina: Storja ta' Devozzjoni u Arti | Jeremy Debono | Jeremy Debono |
Documentary Sources on the Maltese Eighteenth Century Carnival: Il Ballo del Battito or Parata | John Debono (ed.) | John Debono (ed.) |
Princess Poutiatine and the Art of Ballet in Malta | Kathrina Farrugia-Kriel (ed.) | Fondazzjoni Patrimonju Malti |
Diaspora: Maltese Overseas Settlement | Henry Frendo | Midsea Books |
L-Istorja tal-Partit Laburista: It-Tieni Volum (1940-1960) | Francis Galea | SKS Publishers |
Trevor Żahra: Bejn Storja u Miti: Ġabra ta' Kitbiet | Sergio Grech (ed.) | Horizons |
Crux Invicta: Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f'Għawdex | Martin Micallef | Midsea Books |
Albert Ganado: Ħajja Mhux tas-Soltu | Austin Sammut, Sergio Grech (eds.) | Klabb Kotba Maltin |
Mattia Preti: Life and Works | Keith Sciberras | Midsea Books |
Country Villas in XVIII Century Malta | Carmel Spiteri | Kite Group |
The Addolorata Cemetery | Conrad Thake (ed.) | Midsea Books |
Premju Terramaxka 2021: kotba ppubblikati fl-2020
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7)
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Illustratur // Author/Illustrator | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
L-Għasfur tal-Kwiekeb | Charles Casha, Matthew Stroud (Illustratur / Illustrator) | Klabb Kotba Maltin |
Enya l-Aljena... Reġina b'Kumbinazzjoni! (Tikka Qari Livell 7) | Audrey Friggieri, Romont Willy (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
Tal-Forn | Noel Tanti, Matt Stroud (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
Pito u Pita | Daniella Zerafa, Matthew Stroud (Illustratur / Illustrator) | Horizons |
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)
Titlu tal-ktieb // Title of book | Awtur/Illustratur // Author/Illustrator | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Il-Kreatura tal-Bir | Simon Bartolo, José Luis Oscaña (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
Tara Frendo fuq il-Pjaneta Sturja (Tikka Qari Livell 15) | Antoinette Borg, Nicole Diacono (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
Amazing Maltese Women | Kristina Chetcuti, Marisa Attard (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
Stellini Kursar Malti (Tikka Qari Livell 14) | Dwayne Ellul, Moira Scicluna Zahra (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
Il-Mostru tal-Bajja tal-Ġnejna (Tikka Qari Livell 14) | Leanne Ellul, Maxime Lebrun (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
It-Tifel li Salva d-Dinja (Tikka Qari Livell 12) | Karl Schembri, Alice Samuel (Illustratur / Illustrator) | Merlin Publishers |
Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)
M’hemmx kotba finalisti f’dil-kategorija
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7)
Titlu tal-ktieb // Title of book | Traduttur // Translator | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Lenard il-Papru tad-Daħq (Yann Walcker, Julie Mercier ill.) | Clare Azzopardi | Merlin Publishers |
Lupu Lupettu Jfittex Maħbuba (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier ill.) | Clare Azzopardi | Merlin Publishers |
Lupu Lupettu Jrid Isir Artist (Orianne Lallemand, Éléonore Thuillier ill.) | Clare Azzopardi | Merlin Publishers |
Ors fl-Ispazju (Deborah Abela, Marjorie Crosby-Fairall ill.) | Clare Azzopardi | Merlin Publishers |
Wiżżu Ħdejn il-Baħar (Laura Wall) | Rebby Vella | Wise Owl Publications |
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12)
Titlu tal-ktieb // Title of book | Traduttur // Translator | Pubblikatur // Publisher |
---|---|---|
Il-Familja Frattarija u d-dar li tagħtas (Kari Smeland, Francesca Grech ill.) | Simone Inguanez | Merlin Publishers |
Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16)
Ma kienx hemm sottomisjonijiet.