Home / News / Maltese Literature Nights fil-preżenza ta’ Lou Drofenik u Loranne Vella Back to News Maltese Literature Nights fil-preżenza ta’ Lou Drofenik u Loranne Vella Inizjattivi • Other 26th February, 2019 B’kollaborazzjoni ma’ Librebook – Bruxelles, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-preżenza fi Brussel ta’ żewġ kittieba Maltin u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Lou Drofenik u Loranne Vella, għal serje ta’ laqgħat mall-kittieba, qari, u diskussjonijiet dwar xogħolhom u l-kitba Maltija. Fis-16 u d-19 ta’ Marzu, iċ-ċentru letterarju Librebook se jkun qed jilqa’ lill-kittieba Maltin bħala parti mill-Maltese Literature Nights, it-tielet f’sensiela ta’ attivitajiet simili mħejjija mill-KNK. L-awtriċi Maltija-Awstraljana Lou Drofenik se tippreżenta l-aħħar rumanzi tagħha, li jinkludu ‘Love in the Time of the Inquisition’ (Horizons, 2017), ‘The Reluctant Healer’ (Horizons, 2018), u ‘The Confectioner’s Daughter’ (Horizons, 2016), rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2017. L-attività tibda fit-15:00, is-Sibt 16 ta’ Marzu. Loranne Vella hija kittieba Maltija residenti Brussel u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018 bir-rumanz tagħha ‘Rokit’ (Merlin Publishers, 2018). Se tkun qiegħda taqra estratti minn kitbietha meħudin ukoll minn traduzzjonijiet ta’ xogħolha għal Ingliż. Fl-2016 Loranne irċiviet ukoll il-Premju Terramaxka għat-traduzzjoni ta’ ‘Violeta’, Abril Calero (‘Vjoletta’, Merlin Publishers, 2015). L-attività tibda The event fis-19:00, it-Tlieta 19 ta’ Marzu. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More