Home / News / Maltese Literature Nights fil-preżenza ta’ Lou Drofenik u Loranne Vella back to news Maltese Literature Nights fil-preżenza ta’ Lou Drofenik u Loranne Vella Inizjattivi • Other 26th February, 2019 B’kollaborazzjoni ma’ Librebook – Bruxelles, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-preżenza fi Brussel ta’ żewġ kittieba Maltin u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Lou Drofenik u Loranne Vella, għal serje ta’ laqgħat mall-kittieba, qari, u diskussjonijiet dwar xogħolhom u l-kitba Maltija. Fis-16 u d-19 ta’ Marzu, iċ-ċentru letterarju Librebook se jkun qed jilqa’ lill-kittieba Maltin bħala parti mill-Maltese Literature Nights, it-tielet f’sensiela ta’ attivitajiet simili mħejjija mill-KNK. L-awtriċi Maltija-Awstraljana Lou Drofenik se tippreżenta l-aħħar rumanzi tagħha, li jinkludu ‘Love in the Time of the Inquisition’ (Horizons, 2017), ‘The Reluctant Healer’ (Horizons, 2018), u ‘The Confectioner’s Daughter’ (Horizons, 2016), rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2017. L-attività tibda fit-15:00, is-Sibt 16 ta’ Marzu. Loranne Vella hija kittieba Maltija residenti Brussel u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018 bir-rumanz tagħha ‘Rokit’ (Merlin Publishers, 2018). Se tkun qiegħda taqra estratti minn kitbietha meħudin ukoll minn traduzzjonijiet ta’ xogħolha għal Ingliż. Fl-2016 Loranne irċiviet ukoll il-Premju Terramaxka għat-traduzzjoni ta’ ‘Violeta’, Abril Calero (‘Vjoletta’, Merlin Publishers, 2015). L-attività tibda The event fis-19:00, it-Tlieta 19 ta’ Marzu. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More