Home / News / Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Back to News Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Dritt tal-Awtur Other 24th April, 2017 Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Drittijiet tal-Awtur, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba rebbieħa lil Malta Libraries. Il-kotba kollha kienu rebbieħa f’kategoriji differenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017, fosthom rumanzi, kotba tal-poeżija, kollezzjonijiet ta’ novelli, xogħlijiet tradotti u letteratura ta’ riċerka. Fid-29 ta’ April, il-KNK, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Cospicua, se jtella’ l-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua, inizjattiva li hija maħsuba biex tiċċelebra t-tfal u l-letteratura. Ġie mħejji programm ta’ avvenimenti kulturali b’ħafna attivitajiet divertenti għat-tfal u l-familji tagħhom. Fost l-awturi li se jkunu qed jaqraw lit-tfal u jinvolvuhom f’attivitajiet edukattivi ser ikun hemm Clare Azzopardi u John A. Bonello. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jittama li dawn l-attivitajiet u donazzjonijiet se jkollhom l-effett mixtieq li jqanqlu l-interess għall-kotba u letteratura fil-qarrejja żgħar. Il-Jum Dinji tal-Ktieb ifakkarna fir-rwol tal-kotba u l-litteriżmu fl-iżvilupp intellettwali ta’ soċjetajiet madwar id-dinja. Huwa wkoll tifkira tal-importanza tar-rispett għad-drittijiet tal-awturi u l-pubblikaturi. Il-KNK jaħdem ħafna biex idaħħal dan is-sens ta’ rispett fil-komunità lokali. Nixtiqulkom Jum Dinji tal-Ktieb u tad-Dritt tal-Awtur mill-isbaħ! SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More