Home / News / Tfakkira lill-awturi: Taxxa fuq id-dħul minn drittijiet Back to News Tfakkira lill-awturi: Taxxa fuq id-dħul minn drittijiet Inizjattivi • Other 22nd April, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq jinforma lill-awturi kollha li kull ħlas dovut bħala taxxa fuq id-dħul minn drittijiet tal-awtur irid isir sat-30 t’April 2022. It-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul minn drittijiet tal-awtur għal 15% kienet tressqet mill-Gvern fil-Baġit għall-2021 wara ħidma mill-KNK u l-imsieħba fl-industrija tal-kotba, u f’April tal-2021 ġie emendat l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul b’Artiklu 31F li jipprovdi dat-tnaqqis fit-taxxa. Jekk kemm-il darba dak li jkun jixtieq jibbenefika mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa ta’ 15% fuq id-drittijiet tal-awtur, jista’ jibgħat il-formola TA25 mehmuża lill-Kummissarju għad-Dħul il-Furjana. Dil-formola trid tintbagħat sal-aħħar t’April. Tajjeb jiġi nnutat li din il-formola tintuża biss biex l-awtur jibbenefika mit-tnaqqis fit-taxxa f’dan ir-rigward, u mhijiex obbligatorja. L-awturi jistgħu jinkludu d-dħul mid-drittijiet tal-awtur mal-bqija tad-dħul l-ieħor tagħhom kif jagħmlu kull sena, u jiġu intaxxati bir-rata tas-soltu. Il-KNK kommess li jibqa’ jiddiskuti mal-Gvern sabiex eventwalment it-taxxa dovuta mill-awtur fuq dħul minn drittijiet tkun zero. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More