Home / News / Tfakkira lill-awturi: Taxxa fuq id-dħul minn drittijiet Back to News Tfakkira lill-awturi: Taxxa fuq id-dħul minn drittijiet Inizjattivi • Other 22nd April, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq jinforma lill-awturi kollha li kull ħlas dovut bħala taxxa fuq id-dħul minn drittijiet tal-awtur irid isir sat-30 t’April 2022. It-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul minn drittijiet tal-awtur għal 15% kienet tressqet mill-Gvern fil-Baġit għall-2021 wara ħidma mill-KNK u l-imsieħba fl-industrija tal-kotba, u f’April tal-2021 ġie emendat l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul b’Artiklu 31F li jipprovdi dat-tnaqqis fit-taxxa. Jekk kemm-il darba dak li jkun jixtieq jibbenefika mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa ta’ 15% fuq id-drittijiet tal-awtur, jista’ jibgħat il-formola TA25 mehmuża lill-Kummissarju għad-Dħul il-Furjana. Dil-formola trid tintbagħat sal-aħħar t’April. Tajjeb jiġi nnutat li din il-formola tintuża biss biex l-awtur jibbenefika mit-tnaqqis fit-taxxa f’dan ir-rigward, u mhijiex obbligatorja. L-awturi jistgħu jinkludu d-dħul mid-drittijiet tal-awtur mal-bqija tad-dħul l-ieħor tagħhom kif jagħmlu kull sena, u jiġu intaxxati bir-rata tas-soltu. Il-KNK kommess li jibqa’ jiddiskuti mal-Gvern sabiex eventwalment it-taxxa dovuta mill-awtur fuq dħul minn drittijiet tkun zero. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More