Home / News / Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 17th October, 2017 Workshop dwar il-ġurnaliżmu letterarju u r-riċensjoni tal-kotba, iddisinjat apposta għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb mill-ġurnalisti magħrufa u professjonisti tal-midja Rosie Goldsmith u Max Easterman, huwa avveniment ewlieni tal-Festival ta’ din is-sena. Is-sessjoni intensiva u speċjalizzata, bit-titlu ta’ “A Riveting Workshop”, tieħu sagħtejn u se ssir f’M.A. Grima Hall, MCC, fil-5:30 ta’ filgħaxija. L-attendenza hija b’xejn iżda l-postijiet huma limitati u għandhom jiġu bbukjati minn qabel. Id-dinja tal-promozzjoni u r-riċensjoni tal-ktieb illum hija kemm kompetittiva kif ukoll diġitalizzata ħafna. L-għan tal-workshop huwa li jippermetti lill-ġurnalisti jirfinaw il-fakultajiet kritiċi tagħhom billi jitgħallmu kif jevalwaw l-impatt ta’ ktieb u kif ifasslu reazzjoni personali qawwija għalih. Il-parteċipanti se jitgħallmu wkoll dwar kif PR jaħdem l-aħjar fid-dinja tal-kotba – kif tikseb suċċess? Kif l-aħjar tuża il-midja soċjali u s-siti tal-internet biex tippromwovi l-kotba? Kif tikteb stqarrija stampa promozzjonali qawwija u tikkomponi test li jgħinek tbiegħ il-ktieb jew l-avveniment jew l-awtur tiegħek? Il-workshop ser jindirizza dawn il-mistoqsijiet kollha u se jipprovdi pariri ewlenin, eżempji prattiċi, eżerċizzji qosra u pariri motivazzjonali biex jgħin lill-ġurnalisti letterarji, edituri, pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba professjonali li jixtiequ jiktbu riċensjonijiet mill-aqwa, PR u promozzjoni għall-midja kollha. Rosie Goldsmith u Max Easterman huma stabbiliti u magħrufa bħala ġurnalisti. Huma jmexxu il-European Literature Network u din is-sena nedew ir-rivista letterarja The Riveter. Ixandru, jiktbu, jirrevedu, jittraduċu, jospitaw avvenimenti u jmexxu korsijiet madwar ir-Renju Unit u internazzjonalment. Rosie hija wkoll President tal-aġġudikanti tal-Premju għall-Letteratura tal-BERŻ u figura pubblika magħrufa fil-qasam tal-letteratura internazzjonali u t-tagħlim tal-lingwi fir-Renju Unit. L-KNK iħeġġeġ bil-qawwa lil dawk kollha interessati biex japplikaw issa għax baqa’ ftit postijiet biss. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More